Fl-artikli preċedenti ktibt dwar kif il-Kelliem Nazzjonalista għas-Saħħa Stephen Spiteri ressaq biss tliet Mistoqsijiet Parlamentari f’temp ta’ erba’ snin. L-aktar Membru Parlamentari Nazzjonalista li saħħan is-Siġġu.

Barra li huwa MP għażżien, fakkart ukoll dwar kemm jiġġagbina lil sħabu tal-PN billi jgħaddi informazzjoni mill-PN lil Labour.

Sadanittant, tiftakaruha l-istorja tad-Deputat Stephen Spiteri?
Ftit tas-snin ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar it-tabib Stephen Spiteri li minn naħa tiegħu kien għamel ċertifikati foloz.

Stephen Spiteri
Temmnu li t-tabib Stephen Spiteri qatt ma ġie investigat mill-pulizija?
Tridu aktar?
Temmnu li lil Stephen Spiteri ħadd ma ħadlu l-laptop jew il-mobile jew saritlu search id-dar bħal ma jsir ma ħaddieħor?
Bħal ma sar ma esponenti Laburisti?
Ejja nagħmlu eżami tal-kuxjenza; jiġifieri għax Stephen Spiteri Deputat Nazzjonalista jista’ jagħmel li jrid taħt il-Labour?
Impunita’ assoluta ‼️

