Meta l-qerq sar jippermetti gurnal awtorevoli bhat-Times, jonqos milli jiccekkja l-affarijiet kif titlob is-serjeta suppost gurnalistika. Spiccajna b’gurnali, u gurnalisti jikkwotaw bil-ghama posts ta’ individwi, u bla ma jaghmlu farka verifika kif titlob is-serjeta tal-fatti.

Hawn qed nirriproduci parti mill-kuntratt pubbliku li mexxa fuqu l-Prim Ministru Robert Abela fuq l-akkwist ta’ Manoel Island biex inghata lura lill-poplu.
F’din il-parti tal-kuntratt fl-artiklu 6.2 u specifikament klawsola 6.2.3 titkellem car u tond, iswed fuq l-abjad, dwar liema huma dawk iz-zoni (partijiet) minn Manoel Island li ma ntmessux minn kif kienu anke fi zmien tal-MIDI, u fuq kollox issa meta Manoel Island gie lura ghand il-poplu grazzi ghal gvern Laburista mmexxi mill-PM Robert Abela.
Iz-zoni fuq Manoel Island li ma ntmessux f’dan il-kuntratt, u allura li t-titlu taghhom kien, u ghadu jghajat lilhom, huma dawn kif jidhru iswed fuq l-abjad 6.2.3;
Manoel Island Yacht Yard Ltd
Enemalta
Gzira football Club
Gzira Bocci Club

Qed nerga nikteb dwar dan il-kaz, ghaliex l-ipokrezija tal-PN u l-alleati taghhom taht kapep differenti ma tinfelahx aktar, u se nibqa nikkumbatti kontra l-krucjata vili ta’ dawn in-nies kontra l-komunita sportiva tal-Gzirjani kollha.

