GonziPN Jibqa’ Magħruf Għad-Diżastri, Fosthom Għall-Qtugħ Tad-Dawl

Neville Gafa

~ 1 hour ago

GonziPN Jibqa’ Magħruf Għad-Diżastri, Fosthom Għall-Qtugħ Tad-Dawl

GonziPN jibqa’ mfakkar għal instabbiltà kbira li kien ġab fuq pajjiżna.

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, flimkien max-Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent Mark Anthony “Stalletti” Sammut għandhom ikunu jafu li fit-tmintax-il xahar bejn Jannar 2011 u Mejju 2012, Malta kienet ntlaqtet minn 1,100 qtugħ tad-dawl.

 

Dak iż-żmien il-Kap tal-Oppożizzjoni kien għadu bil-gażaża.

 

Tonio Fenech

 

Iċ-ċifra kienet ħarġet minn tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari mressqa mid-Deputat Laburista Joe Mizzi. Il-Whip Laburista kien talab lill-Ministru tal-finanzi Tonio Fenech għal rendikont dettaljat tan-numru ta’ qtugħ tad-dawl fil-perjodu ta’ 18-il xahar, il-lokalitajiet milquta u r-raġuni għall-qtugħ tad-dawl.

 

 

Il-lista mressqa minn Fenech uriet li erba’ qtugħ tad-dawl mill-1,100 kienu qtugħ madwar il-pajjiż kollu. Dakinhar, it-tweġiba  uriet ukoll li l-maġġoranza tal-qtugħ seħħ fix-xhur tas-sajf meta l-konsum għandu t-tendenza li jiżdied minħabba t-temperaturi għoljin.

 

AlexPN bħal GonziPN qablu ifisser inkompetenza.

 

NIFS ĠDID RIĦA TA’ ĦARA

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *