Għada t-Tnejn 27 ta’ Lulju se jkompli jinstema’ ic-challenge fir-rigward tas-Serba Miroslava Milenovic fejn il-Pulizija ma ħaditx passi kontriha wara li ippużat ta’ accountant mingħajr ma kellha warrant.

Edgar Borg
Mix-xhieda ta’ ċ-chairman tal-Accountancy Board, Edgar Borg, irriżulta li ż-żewġ ċertifikati tas-Serba Miroslava Milenovic li l-Pulizija bagħtet lill-Accountancy Board ma kinux biżżejjed biex hija tkun tista’ taħdem bħala accountant f’Malta.

Miroslava Milenovic
Borg kien xehed dan fil-kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba Miroslava Milenovic, li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy.

