Gwardjani li Jħarsu Lilhom Infushom

Neville Gafa

~ 1 month ago

Gwardjani li Jħarsu Lilhom Infushom

Il-Malti jgħid li Kappell ma jmerix lil ieħor.

 

F’pajjiżna dan il-qawl jieħu tifsira b’mod speċjali fejn jidħlu esponenti tal-Labour.

 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Franco Agius ddeċidiet li l-fatt li Miroslava Milenovic mhix forensic accountant, iżda l-Maġistrat Gabriella Vella kienet ħatritha bħala tali, ifisser li s-Serba nnifisha ma kisret l-ebda liġi f’pajjiżna.

 

Inkredibbli imma veru.

 

 

Eh bilħaqq. Il-kawża nfetħet mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Matul il-proċeduri fil-każ kien irriżulta li Milenovic irreferiet għaliha nnifisha bħala forensic accountant kemm fir-rapporti tagħha kif ukoll fix-xhieda tagħha. Anke meta m’għandhiex il-kwalifiċi meħtieġa biex taħdem f’pajjiżna f’din il-professjoni.

 

Miroslava Milenovic

 

B’għemilha Miroslava Milenovic kissret il-liġi. Iżda l-Maġistrat Franco Agius interpretaha mod ieħor. Miroslava Milenovic ma kissret ebda liġi għaliex kienet maħtura mill-Maġistrat Gabriella Vella.

 

Allura b’dan l-argument, il-Maġistrat Gabriella Vella kisret il-liġi meta ħatret lil Miroslava Milenovic forensic accountant?

 

Gabriella Vella

 

Timmaġinaw x’kien jinqala’ kieku flok Joseph Muscat kien xi Lawrence Gonzi jew Eddie Fenech Adami sfida espert li x-xogħol tiegħu wassal għal konsegwenzi kriminali serji kontrihom?

 

L-istess argumenti ta’ “nuqqas ta’ bażi”, “il-pulizija diġà investigat” kienu jwasslu għall-istess riżultat?

 

Ibqgħu ċerti li s-sentenza kienet tkun ferm differenti. Però fil-Qrati, fejn jidħol xi esponent tal-Labour, kappell ma jmerix lil ieħor.

 

Ma tarax‼️

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. S Stivala August 18, 2026

    Kif inumma possibli dawn lafarijiet?

    Reply
  2. Gino DeGiorgio August 18, 2026

    QORTI FARSA , WARA LI IS SUR MACOEN IDDECIDA LI MUNUMENT NAZZIONALI JINBIDEL F’MIZBLA BIEX JAGHMEL KEMM JIFLAH HSARA LIL MALTA MAT TURISTI , WARA KOMPLIT G. VELLA B’INVESTIKAZZIONI JEW VENDIKAZZIONI TA’ HDAX IL MILJUN B’NIES TAPARSI ESPERTI , ISSA GHANA LILL DAN IL MAGISTRAT LI L’ESPERTA MINGHAJR KWALIFIKI MA GHAMLET XEJN HAZIN , GHALIEX , GHAX KIENET QABDIETA GABIRIELLA VELLA MAGISTRAT BID DONI TA L’ISPIRTU SANTU , VERA QORTI TAL BIGILLA GHAX NAHSEB MIN TAL BIGILLA MEXXIJJA …. SAHHA U SLIEM

    Reply
    1. S Stivala August 18, 2026

      Bilfors li l’magistrat kien imnebbah mil l’ispitu santu biex il-kappel ma jmerix lil iehor metta milenovic irrefriet ghaliha n nifisha bhala forensic accountant kemm fir raport taghha kif ukoll fix-xhieda taghha.

      Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *