Qed nikkwota, kelma b’kelma, dak li Dr Joseph Muscat kien ippubblika fuq il-midja soċjali.
Mhux xi xahar ilu, iżda SITT SNIN ILU.
Nagħmel dan biex inġedded il-memorja ta’ dawk li, konvenjentement, għażlu li jinsew, b’mod partikolari dawk il-mezzi tal-midja li, filwaqt li jirrappurtaw b’mod selettiv dak li ħareġ waqt il-ġuri ta’ Yorgen Fenech, naqsu milli jfakkru lill-pubbliku f’dak li Joseph Muscat kien diġà qal SITT SNIN ILU relatat ma ċerti episodji li reġgħu tfaċċaw waqt il-ġuri.
Il-memorja pubblika ma għandhiex tkun selettiva, u l-kuntest ma jistax jinbidel skont min ikun qed jitkellem jew skont liema narrattiva tkun l-aktar konvenjenti f’dak il-mument.
Għalhekk, tajjeb li nerġgħu lura għall-kliem oriġinali ta’ Joseph Muscat. Mhux għal interpretazzjonijiet tiegħu, iżda għal dak li effettivament qal u kiteb.

Joseph Muscat
21 ta’ Ġunju 2020
“L-intenzjoni tieghi kienet u tibqa li nitkellem mill-inqas u nhalli l-gustizzja tiehu l-kors taghha. Dejjem issapportejt hafna, inkluz allegazzjonijiet malafamanti, ghax nemmen li politiku tajjeb irid ikun lest li jaqla go fih u jiflah ghall-pressjoni u mhux joghtor ma kull kelma. Ghamilt dan anki meta familjari tieghi heggewni niehu passi legali kontra min kien ifajjar bl-addocc. Dejjem zammejt lura u nista’ nghid li kemm domt Prim Ministru jidhirli li ftaht zewg libelli biss, minkejja li kont kuljum fic-centru ta’ eluf ta’ kummenti u artikli.
Izda ma nistax inhalli dak li hareg illum ghaddej. Jidher, avolja ma ghandix informazzjoni diretta izda nista’ noqghod biss fuq li qal gurnal, li kien hemm min ipprova jimmanipula sitwazzjoni u anki persuni biex jipprova jhammigni bil-kbir.
Waqt li kont qed niehu decizjonijiet ibbazati fuq pariri tal-Avukat Generali u l-Pulizija biex naghti parir lill-President tar-Repubblika dwar proklami, waslitli theddida minn persuna maghrufa li jekk ma nimxix b’ mod partikolari, kien se jara li jien nigi mcappas. Issemmew telefonati li suppost saru bejni u l-persuna akkuzata. Infurmajt lill-awtoritajiet minnufih u anki saru kontrolli fejn irrizulta li ma kien hemm xejn minn dan.
Hrigt stqarrija pubblika biex nghid dan kollu.
Dakinhar ma ddejjaqtx mit-theddid u mxejt bl-aktar mod gust u skond il-parir tal-istituzzjonijiet, akkost li kont naf li se jippruvaw ihammguni. Id-decizjonijiet tieghi dejjem hadthom fuq il-weghda li ghamilt li nara li ssir gustizzja, akkost ta’ kollox. Akkost li nerfa piz li ma kienx tieghi. Hekk ghamilt.
Minn rapport li hareg illum jidher li min ghamel it-theddida kien biddel dik il-verzjoni ta’ kif ried jinqeda biex ihammeg.
Minflok telefonati, qed jinghad li saret stqarrija li tghid li jien iltqajt mal-akkuzat u tkellimt mieghu dwar il-kaz darbtejn. Wassal anki jidher biex wara li bqajt naqdi dmiri inbidlet il-verzjoni bhala tpattija.
Dan kollu li ntqal ma huwa veru xejn. Izda lil hemm milli x’ nghid jien, dawn huma l-fatti:
L-ewwel nett, fix-xhur li suppost saret laqgha fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, ma jirrizulta minn l-ebda record mizmum, kif jinzamm ta’ kull laqgha, li jien kelli laqgha mal-akkuzat. Dawn ir-records gew ippubblikati xhur ilu wara talbiet li saru f’ Mistoqsijiet Parlamentari u bhal parti minn talbiet ghal access ghal informazzjoni.
Barra minn hekk, kien hemm xhieda fil-Qorti fejn persuna li kellu access ghal kull informazzjoni fuq kull laqgha li qatt kelli gie mistoqsi specifikatament minn avukat partikolari, issa qed nifhem ahjar ghaliex, jekk qattx kien hemm laqgha simili. Ix-xhieda ikkonfermat li qatt ma saret laqgha, ahseb u ara intqal dak id-diskors.
Suppost intqal ukoll, nghid suppost ghax din l-istqarrija ma rajthix u m’ ghandix access ghaliha, li jien tajt xi dettalji ta’ raids. Dan ma jistax ikun ghaliex kif jistghu jikkonfermaw l-awtoritajiet kollha kkoncernati jien ma kontx nidhol fil-logistika tal-operazzjonijiet.
Izda fuq kollox, dawn il-laqghat ivvintati suppost saru f’ Dicembru 2018 jew Jannar 2019 jew Frar 2019. Ir-raids gew decizi u ppjanati xhur shah wara, u xorta ma kellix access ghal informazzjoni dwarhom, kif jistghu mill-gdid jixhdu l-awtoritajiet. Allura qatt ma stajt naghti informazzjoni fuq xi haga li ma kienitx giet deciza meta suppost saret il-laqgha u li xorta ma kellix dettalji dwarha.
Dwar il-“famuz” party tal-Girgenti, diga’ ghidt li l-istedina harget bi ftehim mas-Servizzi tas-Sigurta’. Ir-raguni li harget l-istedina hija ovvja u forsi xi darba jkolli l-opportunita’ nispjegaha ghal min forsi ghadu ma fehmiex.
Kien hemm mistoqsijiet fil-Qorti li t-twegibiet ghalihom jikkonfermaw dan kollu. Dan biex ma nsemmix li min ghandu interess jipprova jcappasni sforza kemm jiflah jistaqsi mistoqsijiet fuqi lil xhieda differenti, izda kollha kkonfermaw l-estranjeta’ tieghi ghal dan kollu. U biex ma nsemmix ukoll li l-akkuzat stess kkonferma li qatt ma kien se jkellimni fuq il-kaz.
Gejt mistoqsi ukoll jekk hux veru li ppruvajt incempel lill-akkuzat il-habs. Din hija invenzjoni ohra li ma hija minnha xejn.
Din mhux l-ewwel darba li qed niffaccajja gideb, u sahansitra suppost “evidenza” li wara xhur ta’ inkjesta hareg li kien hemm xi hadd li ha l-intrigu li jiffabrikaha. Nemmen li eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin jafu kif hdimt u xi nsarraf fis-snin li tajt, bi kburija, ghal pajjizna.”
VERITAS ET AEQUITAS

