Dan huwa l-Ispettur Joseph Mercieca. Dak it-Tron tal-Għerf li ftit ġimgħat ilu ddikjara fil-Qorti illi ma kienx kompitu tiegħu li jara jekk accountant tistax taħdem f’Malta mingħajr warrant, u bbaża ruħu fuq il-fatt li Miroslava Milenovic tqabbdet taħdem f’Malta minn għadd ta’ Maġistrati.
Biex ikompli jibbrilla fl-għerf, l-Ispettur Joseph Mercieca, li kien xhud f’kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba Milenovic, xehed li kien intalab jeżamina t-talba ta’ Joseph Muscat u wasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm lok li jittieħdu passi kontra Milenovic, għax fi kliemu, “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati”.

Miroslava Milenovic
Pajjiz demokratiku huwa mfassal fuq tlett pilastri; il-Ġudikatura, il-Leġiżlattiv, u l-Eżekuttiv (Kabinett).
L-id eżekuttiva tinsab l’aktar għand il-Pulizija.
Dawn it-tlett pilastri huma independenti minn xulxin. Intiżi għal ‘ckecks and balances’ sabiex ikollok tmexxija stabbli mħarsa mis-Saltna tad-Dritt.
Meta kellna Mħallfin korrotti ma ddejaqnix narrestawhom, ninvestigawhom u nressquhom il-Qorti. L-Eżekuttiv għamel xogħlu. Tajjeb li nfakkru wkoll li l-Pulzija ma ddejqitx tinvestiga l-Eżekuttiv, titlob search warrants fid-dar privata ta’ l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u fil-Berġa ta’ Kastilja.
Allura jista’ l-Ispettur Joe Mercieca jispjegalna kif u min iddeċieda li allegazzjonijiet daqstant serji dwar il-mod kif tmexxiet l-inkjesta, ma jiġux investigati?
Min iddeċieda li jinvestiga naħa u ma jinvestigax l-oħra?
Dan huwa punt serjissimu. Maġistrat Inkwirenti m’huwiex il-fuq mill-Liġi, lanqas Prim Imħallef, aħseb u ara l-Maġistrat Gabriella Vella .

Gabriella Vella
Isimgħu din:
Fi Frar 2025, l-Ispettur Mercieca kiteb lis-superjuri tiegħu li din kienet biss stunt legali minn Joseph Muscat biex tiġbed l-attenzjoni tal-midja u li ma kien hemm l-ebda każ kontra Milenovic.
Madankollu, f’Mejju 2025, tliet xhur wara li għalaq il-każ, l-istess Ispettur Mercieca beda jiċċekkja l-kwalifiki tas-Serba.
X’naqbad ngħidlu?
Tron tal-Għerf?
Ġidra?
Jew malinn?

Spettur Joe Mercieca,
Min iddeċieda li ma tinvestigax Inkjesta ivvizjata minn xhieda inkompetenti, u li ħadu il-flus u ħarbu, li rriżultat li qamet 11 – il miljun Ewro?

