“Min Jgħasses lill-Gwardjani? Il-Ħatra ta’ Milenovic u r-Responsabbiltà tal-Maġistrat.”

Neville Gafa

~ 1 hour ago

“Min Jgħasses lill-Gwardjani? Il-Ħatra ta’ Milenovic u r-Responsabbiltà tal-Maġistrat.”

Maġistrat inkwirenti jġorr responsabbiltà kbira fil-ħatra tal-espert.  Għandu jassigura li jkun espert fil-qasam, li ma għandux allejanzi jew relazzjoni li trendi l-investigazzjoni ivvizzjata minħabba biais, konflitt ta’ interess, nuqqas ta’ sena jew ħila, kompetenza ‘il fuq minn persuna normali, u li tkun esperta fil-qasam bbażata fuq esperjenza unika.  

 

Dan għaliex l-opinjoni tal-espert trid tkun tali li ma jasalx għaliha bniedem mingħajr dik il-kompetenza.  

 

Għaldaqstant il-kwalifiki, esperjenza, affidibilita’ tal-persuna, karattru u ‘security clearance’ mill-aspett ta’ due diligence, u kondotta nadifa huma STANDARD PRINCIPLES.  

 

Espert huwa persuna kkwalifikata li għandha sena u ħila, kapaċità u kompetenza u track record above the normal average person.  

 

Għalhekk espert jista’ jgħati jew jasal għal konkluzzjoni kif jgħidu l-Ingliżi  ‘inferred from facts’ filwaqt li xhud normali jista’ jixhed biss fuq dak li jaf biss.

 

Miroslava Milenovic

 

Nirreferi għal Miroslava Milenovic, li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals. 
Milenovic kienet il-magħżulha tal-Maġistrat Gabriella Vella fl-Inkjesta tal-Isptarijiet. 

 

Tajjeb li nfakkru li ċ-chairman tal-Accountancy Board, Edgar Borg, xehed fil-Qorti li sabiex persuna tkun tista’ tgħid li hija forensic accountant, l-ewwel nett trid tkun accountant u jkollha warrant.

 

Edgar Borg

 

Iżda minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy, is-Serba Miroslava Milenovic ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals. 

 

Dan Bil-barka tal-Maġistrat Gabriella Vella.

 

Mix-xhieda tas-Edgar Borg, irriżulta li ż-żewġ ċertifikati tas-Serba Miroslava Milenovic li l-Pulizija bagħtet lill-Accountancy Board ma kinux biżżejjed biex hija tkun tista’ taħdem bħala accountant f’Malta.

 

Il-Maġistrat Gabriella Vella kellha ġġorr responsabbiltà kbira fil-ħatra tal-espert.  Kellha l-obbligu tara li Milenovic għandha l-kwalifiki neċessarji sabiex tkun tista’ twettaq dak li għandu jagħmel espert forensiku. 

 

Il-fatti juru mod ieħor. 

 

La Milenovic ħadmet f’pajjiżna bħala forensic accountant minkejja li m’għandhiex warrant u lanqas lawrja fl-accountancy, allura kisret il-liġi. 

 

 

Iżda I-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Franco Agius ddeċidiet li l-fatt li Miroslava Milenovic mhix forensic accountant, iżda l-Maġistrat Gabriella Vella kienet ħatritha bħala tali, ifisser li s-Serba nnifisha ma kisret l-ebda liġi f’pajjiżna.

 

Gwardjani li Jħarsu Lilhom Infushom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *