Talab Kummissjoni Mingħand il-Klijenti Tiegħu Wara li Kien l-Avukat Tagħhom

Neville Gafa

~ 1 month ago

Talab Kummissjoni Mingħand il-Klijenti Tiegħu Wara li Kien l-Avukat Tagħhom

Hemm sentenzi li jgħallmuk il-liġi. Hemm oħrajn li jgħallmuk dwar in-natura umana. Imbagħad hemm din.

 

Lil Dr. Edward Debono ilni nafu ‘l- fuq minn 25 sena. Għandi rispett lejh u mhux l-ewwel darba illi nitkellmu. Bħali jħobb il-qari u t-Teoloġija, u mhux l-ewwel darba li tlabt il-fehma tiegħu dwar is-suġġett.

 

Li hi għaref mhux diskutibbli. Iżda li bniedem għaref  jibqa’ jgħajjar lil Joseph Muscat korrott bla ebda prova ma jien se naċċettaha qatt. U dan hu jafu għax kemm ‘il darba għidtlu.

 

Mela isimgħu din.

 

L-Avukat Edward DeBono kien jagħti assistenza legali lill-aħwa Jean Pierre u Etienne Saliba. Skont l-atti, kienu klijenti tad-ditta Fenech & Fenech Advocates u DeBono kien l-avukat li kien jassistihom.

 

Sliema Marina Hotel

 

Meta ġiet biex issir l-iskrittura tal-kera tas-Sliema Marina Hotel, kien proprju DeBono li tahom is-servizz legali, u għal dak is-servizz tħallas.

 

S’hemmhekk, kollox normali.

 

Avukat jagħti servizz. Klijent iħallas. Grazzi ħafna. Saħħa u Sliem.

 

Imma jidher li l-istorja kellha encore.

 

Meta snin wara l-lukanda kienet se tinxtara, DeBono ressaq pretensjoni għal senserija.

 

Iva, qrajtu sew.

 

Mhux kont ieħor għal xogħol legali. Senserija.

 

Edward Debono

 

DeBono sostna li kien hu li oriġinarjament laqqa’ lill-aħwa Saliba ma’ George Borg u li kien hemm intendiment li, jekk eventwalment isir il-bejgħ, huwa jitħallas bħala sensar.

 

Donnu l-kappell professjonali ta’ Edward Debono  kellu żewġ naħat: minn naħa l-avukat, u mill-oħra s-sensar.

 

Iżda ma wiċċ Debono tfaċċat problem, għax il-Qorti riedet prova.

 

U hemmhekk bdiet il- melo drama kif jgħidu r-Russi.

 

Saħansitra l-personal assistant ta’ DeBono xehdet li, quddiemha, huwa qatt ma kien aġixxa bħala sensar. Dak li ftakret kien kumment tiegħu li jekk eventwalment isir bejgħ kien jistenna senserija.

 

Interessanti ħafna.

 

Għax fir-realtà, u fortunatament anke fil-liġi, li tgħid li tistenna l-flus ma jfissirx awtomatikament li xi ħadd għandu jagħtihomlok.

 

Il-Qorti sabet li r-risposta tal-partijiet għal dak il-kumment kienet vaga u ġenerika. Tant ma dehrux li fehmu li kienu daħlu f’xi obbligu ta’ senserija li, meta l-pretensjoni ħarġet qabel il-kuntratt finali, huma xehdu li kienu sorpriżi; il-kuntratt saħansitra ġie pospost sabiex il-kwistjoni tiġi kkunsidrata.

 

X’ qalet is-Sentenza?

 

“Ma hemm ebda aċċettazzjoni espliċita jew impliċita” mill-partijiet li DeBono kellu dritt għal senserija futura.

 

Mela ejja nifhmuha sew.

 

Int avukat.

 

Għandek il-klijenti.

 

Tagħtihom servizz legali.

 

Titħallas għas-servizz legali.

 

U meta snin wara jsir il-bejgħ, titlob ukoll senserija.

 

Wieħed kważi jistenna loyalty card: wara għaxar pariri legali, il-ħdax-il kummissjoni b’xejn.

 

Imma l-Qorti ma taħdimx bil-loyalty points bħal xi supermarket.

 

Qorti

 

Il-Qorti sabet li DeBono ma rnexxilux jipprova intendiment ċar u inekwivoku li kien qed jaġixxi bħala sensar. Lanqas ma pprova li kellu involviment fin-negozjati li wasslu għall-bejgħ finali.

 

U l-konklużjoni kienet saħansitra aktar ċara: ma kien hemm la kunsens espress jew taċitu u lanqas xogħol tiegħu bħala medjatur li jiġġustifika kumpens. It-talbiet tiegħu ġew miċħuda, bl-ispejjeż b’kollox.

 

M’hemmx għalfejn inżejnu l-istorja, u lanqas għandna għalfejn nivvintaw akkużi.

 

Biżżejjed naqraw is-sentenza.

 

L-avukat kien tħallas bħala avukat. Aktar tard ippretenda senserija. Il-Qorti talbitu l-prova li kienet tiġġustifika dik il-pretensjoni.

 

Ma rnexxilux iġibha.

 

Xi kultant is-sarkażmu jinkiteb waħdu.

 

Affarijiet ma jitwemmnux. Sakemm ma ssibhomx iswed fuq l-abjad f’sentenza tal-Qorti.

 

X’taħseb Dr. Edward Debono?

 

PS: Qed nehmez is-Sentenza.

 

DEBONO AVUKAT EDWARD vs SALIBA JEAN PIERRE ET

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *