Prof. Andrew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt u Manuel ‘mossad’ Delia, u li sar magħruf meta nqabad jikkopja, min għalih li aħna ma nkunux nafu x’ inhu għaddej.

L-akkolt taċ-ċingi tal-PN u Professur tal-Università, Andrew Azzopardi, qed jitħallas 150 ewro minn fondi pubbliċi ta’ kull programm li jippreżenta fuq Campus FM kull nhar ta’ Sibt.
Fil-fatt Andrew Azzopardi hu l-AKTAR PREŻENTATUR IMĦALLAS mill-preżentaturi kollha fuq Campus FM, l-istazzjon tar-radju uffiċjali tal-Università ta’ Malta.

Dawn il-flus ġejjin kollha minn fondi pubbliċi, u parti mill-fondi pubbliċi li l-Gvern jalloka ta’ kull sena għall-istazzjon Campus FM, li wara kollox hu stazzjon pubbliku ffinanzjat kollu kemm hu minn fondi pubbliċi.
Hu tabilħaqq ironiku kif dan il-poodle tad- Defnisti jitkaża b’tant nies u fuq kollox, imma mbagħad ma jiddejjaq xejn jisloħ 150 ewro ta’ siegha u nofs kull nhar ta’ Sibt biex jippreżenta programm fuq il-politika, ħafna drabi partiggjana, u kontra l-Gvern, bil-mistednin tiegħu magħżulin apposta u magħrufa għall-antipatija tagħhom kontra l-Gvern Laburista ta’ Robert Abela.
Kif wara kollox hu l-istess Andrew Azzopardi.
Tabilħaqq mar tajjeb taħt Gvern Laburista dan il-mejjet bil-ġuħ wara li s-sena l-oħra kien twaqqaf u tkeċċa mill-istazzjon tal-Knisja l-RTK.

Andrew Azzopardi
Bilħaqq Andrew Azzopardi bqajt ma weġibtx għal domanda li għamiltlek.
Veru li meta tlajna fil-Gvern tgħidx kemm tkarrabt u bqajt sakemm ġibtha żewġ u akkwistajt Konsulenza mal-Ministru tal-Edukazzjoni, mal-Ministeru tal-Politika Soċjali, u mas-Segretarjat tal-Anzjani?
Għidilna Andrew Azzopardi.
Fejn kellek aktar Konsulenzi taħt Gvern Laburista?

