It-tħassib li qed iqajmu diversi residenti dwar l-impatt tar-riforma tal-kannabis fuq il-komunitajiet tagħna jistħoqqlu jinstema’ u jiġi segwit. Kwistjonijiet bħall-irwejjaħ u l-postijiet li jinsabu qrib id-djar u l-familji jeħtieġ li jiġu eżaminati b’mod ibbilanċjat.

Nemmen li wasal iż-żmien għal evalwazzjoni indipendenti tar-riforma introdotta fl-2021 dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, ibbażata fuq il-fatti u l-impatt tagħha fuq is-saħħa, iż-żgħażagħ, is-sigurtà u r-residenti.
Fejn l-evidenza turi nuqqasijiet, il-liġi għandha tiġi riveduta biex tipproteġi aħjar lit-tfal, lill-familji u lill-komunitajiet tagħna.

