Qed tirriskja rapport ieħor quddiem il-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Qed tirriskja rapport ieħor quddiem il-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura

F’seduta li waslet għal Sentenza ta’ għaxar xhur ħabs li issa ġiet mibdula mill-Qorti tal-Appell għal multa, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech indirizzat lill-akkużat fl-Awla bil-miftuħ b’dan id-diskors.

 

Ilkom iddejquni, int u missierek, sa minn meta kont għadni naħdem fl-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali.”

 

Ma nafx hux dan il-kliem eżatt, però dak li riedet tfisser.

 

Dan kollu juri li Donatella Frendo Dimech kkundannat bniedem għal dak li seta’ għamel missieru, u wara 10 snin Maġistrat għadha kundizzjonata minn meta kienet Prosekutur.

 

Sitwazzjoni tal-waħx.

 

Kieku jien kont flok l-akkużat, nagħmilha rapport quddiem il-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura, bħal ma diġà għamilt.

 

Dan kollu sar fil-Qorti t’Għawdex fejn fi ftit żmien ġabitu burdell.

 

Infakkar illi fi Frar li għadda, u wara li kont ippubblikajt diversi artikli, il- Prim Imħallef Mark Chetcuti kien waqqaf lil Maġistrat Frendo Dimech mill-Qorti t’Għawdex u reġa’ assenjaha Malta.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *