Dr. Joseph Muscat: “Il-Prim Imhallef Emeritu Degaetano”

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Dr. Joseph Muscat: “Il-Prim Imhallef Emeritu Degaetano”

Il-Prim Imhallef Emeritu Degaetano għandu kull dritt jinterpreta l-fatti kif fehemhom hu b’mod li kull ilma beda jaħsbu misħun.

 

Madankollu n-nies għandhom dritt għall-fatti kollha. Domt ftit sigħat ma weġibt biex nilħaq nivverifika l-punti kollha.

 

Il-kommunikazzjonijiet kollha li saru miegħu saru bil-miktub mill-Ministru tal-Ġustizzja ta’ dak iż-żmien, u kienu dwar punti loġistici u kif se taħdem l-inkjesta QABEL il-ħatra. Fost oħrajn dwar li s-seduti jsiru fil-bini tal-Qorti, bil-miftuħ iżda bla kameras televiżivi kif inhi prassi f’dik il-binja. Kieku xi ħadd ried jindaħal ma kienx jagħmel hekk bil-miktub.

 

L-istess kommunikazzjonijiet li saru mal-Prim Imhallef Emeritu Degaetano saru mbagħad mal-Imhallef Emertitu Mallia li finalment aċċetta li jippresedi l-inkjesta u mkien ma ġie allegat minnu jew minn xi ħadd li kien hemm min ipprova jindaħal.

 

Anzi, kif jaf kulħadd, l-inkjesta ħadmet, għamlet u qalet li riedet.

 

Tant li l-Gvern anke kien jiġi eskluż minn ċerti seduti jew kien jitħalla jkun rappreżentat biss jekk ir-rappreżentant ma jipparteċipax.

 

Barra minn hekk, kien hemm xhieda li tħallew ukoll jixhdu fil-magħluq kif iddeċidiet l-Inkjesta.

 

Il-Prim Imhallef Emeritu Degaetano ma riedx jitgħabba bl-inkjesta, iżda din kienet biss deċiżjoni tiegħu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. S Stivala September 19, 2026

    Fkelma wahda lewel accetta hu bahd rege bdilu.

    Reply
  2. S Stivala September 20, 2026

    Mella skont il-prim imhallef emeritu Degaetano hu ma accettax indhil mil-ministru imma il-prim imhallef emeritu Mallia accetta lindhil mil-ministru. Imma pssibli li dawn il-primi orreif ma jindunawx bdawn il-qasatat li qed jahraw tahthom.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *