Sejħa għal Investigazzjoni dwar l-Aġir tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fl-Inkjesta tas-Serqa mill-Qorti ta’ Għawdex

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Sejħa għal Investigazzjoni dwar l-Aġir tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fl-Inkjesta tas-Serqa mill-Qorti ta’ Għawdex

Qed nistieden lill-Pulizija u lill-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni sabiex jinvestigaw l-Inkjesta dwar is-serqa mill-Qorti ta’ Għawdex magħmula minn Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

 

Dan għaliex mill-informazzjoni li għandi li fl-istess inkjesta, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech għamlet sforz kbir sabiex tiskolpa lid-Direttur Ġenerali tal-Qorti ta’ Għawdex Mary Debono Borg minn nuqqasijiet kbar li sabet hi stess fl-inkjesta.

 

Ta min wieħed ifakkar li Mary Debono Borg ilha DG tal-Qorti ta’ Għawdex għal dawn l-aħħar 15 il-sena u kwalsiasi nuqqas ma jistax jiġi attribwit ħlief lilha.

 

L-isforzi tal-Maġistrat sabiex tipprova titfa’ il-ħtija ta’ dawn in nuqqasijiet fuq kulħadd minbarra Mary Debono Borg joħloq suspetti kbar li għandhom jiġu investigati.

 

Se nagħmilha ċara illi l-focus tiegħi f’dan kollu mhux Alex Borg u lanqas ommu iżda l-aġir suspettuż tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

 

Għalhekk jistieden lil Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni sabiex tinvestiga l-aġir fl-Inkjesta tas-sitt elef misruqa mill-Qorti ta’ Għawdex.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *