Għadni kemm qrajt dak li qalet ċertu Dr. Joanna Delia ta’ Doctors for Choice.
Ma nafhiex u nirringrazzja lill-ĦALLIEQ li ma nafhiex.
Din it-tabiba li għandha l-obbligu morali li tagħmel minn kollox biex tipproteġi l- ħolqien, kellha l-ardir tgħid hekk;
‘Nobody can take your kidney, but the state controls the uterus’

Qabel il-libertà hemm il-ħajja.
Qabel l-għażla hemm l-eżistenza.
Qabel kull dritt ieħor hemm il-kundizzjoni biex wieħed ikun jista’ jgawdi kwalunkwe dritt: li jitħalla jgħix.
Id-dibattitu dwar l-abort jibda b’mistoqsija fundamentali:
“il-bniedem mhux imwieled għandu valur uman li jistħoqqlu protezzjoni?”
Jekk le, irridu nispjegaw fuq liema bażi l-valur tal-ħajja umana jibda jiddependi mill-istadju tal-iżvilupp, mill-post fejn tinsab jew mill-grad ta’ dipendenza tagħha fuq ħaddieħor.
Jekk iva, allura kif tista’ soċjetà tipproklama d-drittijiet tal-bniedem bħala universali, filwaqt li teskludi mill-protezzjoni tagħha proprju lill-bniedem fl-aktar stadju vulnerabbli tal-eżistenza tiegħu?

Id-drittijiet kollha jibdew minn dritt wieħed: id-dritt għall-ħajja. Għax min ma jitħalliex jitwieled, ma jingħata qatt l-opportunità li jeżerċita ebda dritt ieħor.
Nappella lill-poplu sabiex jieħu bis-serjetà il-messaġġi ta’ dawn l-erba’ minn nies bla ruħ. Għamlu analiżi ta’ kull kelma li tintqal. Dawn ta’ favur l-abort qed jorganizzaw ruħhom sew u se jniedu kampanja aggressiva.


2 Comments
Ghandom ghajnuna min barra l pajjiz..Pero il Maltin akkost ta kollox ma jghqblux ma l abort.Trid tku n bla ruh biex taqbel mal abort.Jien kieku qas inhallijom isemmghu lehinhom,ghax din mhux opinjoni normali..hija opinjoni ta qtil .Allura ma ghandu qatt jinghatghu permess jipprotestaw.Tant jien kontra l qtil tal innocenti likull min jghamel l abort ghandu jitressaq il qorti .ghax li ttemm hajja hija qtil u ma tistax toqtol..
You are perfectly entitled to disagree with Dr Joanna Delia and to argue passionately against abortion. That is your right, just as it is her right to argue for a woman’s right to choose.
But describing people who hold a different view as “nies bla ruħ” says far more about the level of your discourse than it does about them.
This is an extraordinarily complex and sensitive subject involving women, pregnancy, health, bodily autonomy, ethics and competing views about when and how the State should protect life. People can hold profoundly different views on these questions without being “soulless”.
If you genuinely want people to analyse “kull kelma li tintqal”, perhaps the same standard should apply to your own words.
You are so far detached from reality that I may try to understand your position because your circle of friends will never be that woman who is pregnant and terrified of her partner or that woman who is pregnant but is not mentally able to raise her third child. Branding those who disagree with you as people “without a soul” does not strengthen your argument; it replaces debate with contempt.
Malta already suffers enough from political tribalism and the constant vilification of anyone on the “other side”. We need people capable of disagreeing fiercely without turning fellow citizens into enemies.
You speak about protecting human dignity and the value of human life. Perhaps that dignity should also extend to the living human beings with whom you disagree.