Gheżież Delegati u ħbieb,
Qed nindirizzakom b’mod personali, b’umiltà u b’sens qawwi ta’ responsabbilta, hekk kif qed inressaq ismi ghall-elezzjoni ta’ wiehed mit-12-il Membru Ordinarju fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Ghalija, li naqdi responsabbiltajiet fi hdan il-Partit Laburista dejjem kien privileğğ, iżda fuq kollox kien impenn. Kull responsabbiltà li nghatatli kienet opportunità biex naghti s-sehem tieghi, nitghallem minn ohrajn u nkompli nifhem ahjar il-htiğijiet tal-membri u tal-komunitajiet taghna.
Ghal tliet snin servejt fil-Kumitat Lokali taż-Zejtun bhala Uffičjal ghall-Politika u I-Komunikazzjoni, filwaqt li kont qed naqdi wkoll ir-rwol ta’ Ağent Segretarju. Illum naqdi r-rol ta’ Chairperson tat-Tielet Distrett, responsabbiltà li permezz taghha naghmel parti mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista, fejn ğejt maghžul ukoll bhala Segretarju tal-istess Kummissjoni.
FI-2022 ğejt elett fl-Eżekuttiv Nazzjonali bhala wiehed mit-12-il Membru Ordinarju. Fl-2024 ergajt ğejt elett, din id-darba bhala rappreżentant tas-Sezzjoni Kunsilliera, b’fidučja moghtija lili mis-Sindki u I-Kunsilliera taghna. Din ir-responsabbiltà ghandha sinifikat partikolari ghalija, peress li jien ukoll Kunsillier fil-Lokalità taż-Żejtun.
Dawn I-esperjenzi ghallmuni kemm hu importanti li jkun hemm djalogu kontinwu bejn il-Partit, I-istrutturi tieghu u I-membri tieghu. Nemmen li Partit b’sahhtu jibqa’ jkun wiehed li jisma’, jiddiskuti u jaghti spazju lill-vučijiet differenti li jaghmlu parti minnu.
Matul dawn is-snin kelli I-opportunità niltaqa’ u nahdem ma’ delegati, membri, attivisti, Sindki u Kunsilliera minn lokalitajiet differenti. Kull esperjenza kompliet issahhah fija l-importanza tal-hidma f’tim, tad-djalogu u tar-rispett lejn kull min jaghti I-kontribut tieghu.
Illum, bl-istess spirtu, qed inressaq ismi ghall-kunsiderazzjoni taghkom. Irrid inkompli naghti I-kontribut tieghi fl-Eżekuttiv Nazzjonali u nğib mieghi I-esperjenza li ksibt tul dawn is-snin, kif ukoll ir-rieda li nisma’,niddiskuti u nahdem ma’ ohrajn.
Nixtieq nirringrazzjakom ghall-fidučja li tajtuni matul is-snin, ghall-hidma taghkom u ghall-kontribut li kull wiehed u wahda minnkom taghtu lill-Partit u lill-komunitajiet taghna.
Grazzi tal-hin taghkom u tal-fidučja li dejjem urejtuni.

