Jien persuna li nippersisti f’dak li nemmen.
Qatt ma nippretendi li dejjem għandi raġun, però qabel nieħu pożizzjoni, nipprova nevalwa l-fatti, nifhem iċ-ċirkostanzi u nistaqsi lili nnifsi jekk dak li qed niddefendi huwiex ġust u sew.
Il-persistenza mhux il-konvinzjoni li żgur se tirbaħ, iżda d-deċiżjoni li tibqa’ tagħmel dak li temmen li hu sew, anke meta r-riżultat jkun għadu ma jidhirx.
Fil-ħajja hemm affarijiet li huma f’idejk u oħrajn li mhumiex. Fil-kontroll tiegħek hemm l-isforz, id-dixxiplina, il-ġudizzju u l-għażla tal-pass li jmiss. Ix-xorti, iż-żmien, l-opinjoni pubblika u r-riżultat finali ma huma f’idejn ħadd.
Min jipprova jikkontrolla kollox jispiċċa skjav taċ-ċirkostanzi. Min jikkontrolla lilu nnifsu jista’ jibqa’ miexi minkejja ċ-ċirkostanzi.
Il-ħajja għalmitni ma nqisx biss kemm fadal biex nasal, iżda minn fejn tlaqt u wasalt fil-mixja. Is-sigriet tal-persistenza mhux dak li ksibt, iżda dak li sirt biex stajt tikseb dak li emmint fih.
Il-persistenza mhux li tkun taf li se tasal, iżda li ma tagħtix lill-biża’, l-għejja, lill-oppożizzjoni jew lid-dewmien, is-setgħa jiddeċiedu għalik meta għandek tieqaf.
PERSEVERANTIA OMNIA VINCIT

