Fil-ftuħ tas-Sena Forensi, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti kellu messaġġ qawwi fil-konfront tad-Direttur tal-Qorti t’Għawdex Mary Debono Borg, li tiġi omm Alex Borg.
Qed nikkwota mid diskors tal-Prim Imħallef;
“Nirreferi fl-aħħar nett għal Qorti ta’ Għawdex……. Ma nistax ma ngħaddix kumment dwar il-ħaddiema f’kull kategorija li jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex.
Hu d-dmir tad-Direttur tal-Qorti t’Ghawdex li jżomm id soda u responsabbli fuq l-operat tal-ħaddiema tal-Qorti u li s-servizz li jingħata mill-ħaddiema f’din il-Qorti għandu jkun dixxiplinat, dedikat u mbiegħed minn kull forma ta’ preferenza, kunfidenza jew kumdità personali.
Bħal kull membru fil-Qorti mill-Ġudikatura ‘l isfel, f’Malta u Għawdex, qegħdin hemm biex naqdu mhux ninqdew. Jifhimni min għandu rieda tajba.”

Ovvjament, ħadd mlil-media ma kellu d-diċenza jirrapporta messaġġ hekk b’saħħtu tal-Prim Imħallef, għax inkella jurtaw lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
KUMBINAZZJONI il-media tal-Partit Laburista insew li d-Direttur tal-Qorti t’Ghawdex hija Mary Debono Borg, omm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

