Illum l-Avukat Ġenerali jista’ jappella għal Sentenza proprju għaliex fl-2014 inbidlet il-liġi.
Kien l-Att IV tal-2014 li emenda l-Kodiċi Kriminali u introduċa dritt ġdid ta’ appell għall-Avukat Ġenerali. Il-Qorti tal-Appell Kriminali aktar tard ikkonfermat li dawn l-emendi għall-Artikolu 500 kienu taw lill-Avukat Ġenerali dan id-dritt proċedurali ġdid.
Dik l-ironija politika: li l-mekkaniżmu legali li llum qed jintuża biex jiġi kkontestat verdett ta’ “mhux ħati” jeżisti bis-saħħa tal-bidla fil-Kodiċi Kriminali li saret taħt Gvern Laburista.
Qabel dawn l-emendi, is-setgħat tal-Avukat Ġenerali biex jikkontesta verdett ta’ ħelsien ma kinux dawk li huma llum. Fil-każijiet antiki ma kienx jeżisti l-istess strument legali li llum qed naraw jintuża.
Fejn kienu dawk li llum qed jgħajtu daqshekk dwar il-ħtieġa li verdett ta’ ġurija jkun jista’ jiġi mistħarreġ?
Għaliex ma kienx hemm l-istess għajta sabiex il-liġi tinbidel qabel?
U għaliex ħadd mhu qed jirrikonoxxi li kien Gvern Laburista li saħħaħ il-possibbiltà tal-Istat li jfittex rimedju wara verdett ta’ ħelsien?

Uffiċċju Avukat Ġenerali
Illum l-Avukat Ġenerali effettivament eżerċita dak id-dritt u appella mill-verdett ta’ 8–1 li llibera lil Yorgen Fenech. L-appell ma jfissirx li l-verdett ġie annullat; issa huma tliet Imħallfin tal-Qorti tal-Appell Kriminali li jridu jiddeċiedu jekk jeżistux il-bażijiet legali meħtieġa.
Imbagħad jiġu ta’ Caruana Galizia jgħajjtu l-“istituzzjonijiet ma jaħdmux”.
Illum jistgħu jitolbu appell għaliex fl-2014 il-liġi nbidlet biex tagħtihom dik il-possibbiltà.
U dik il-liġi nbidlet taħt Gvern Laburista.
Min irid jitkellem dwar is-Saltna tad-Dritt, għandu jirrakkonta l-istorja kollha, mhux biss il-parti li taqbel man-narrattiva tagħhom.

