Silvio Camilleri wiċċ l-askri kien Avukat Ġenerali mill-2004 sal-2010 u mbagħad, GonziPN ħatru Prim Imħallef.
Għalhekk, meta nitkellmu dwar is-setgħat tal-Avukat Ġenerali, il-ġurija u l-appelli kriminali, qed nitkellmu dwar sistema li Camilleri jafha minn ġewwa.
Fejn kienet din l-urġenza kollha meta l-Avukat Ġenerali ma kellux is-setgħat li għandu llum biex jappella minn ċerti verdetti ta’ ħelsien?
Il-bidla kruċjali waslet bl-Att IV tal-2014, taħt Gvern Laburista, meta ġie estiż id-dritt proċedurali tal-Avukat Ġenerali li jappella. Aktar tard, fl-2018, il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat punt importanti ieħor: dawn ir-regoli proċedurali kellhom applikazzjoni immedjata, anke għal proċeduri li kienu bdew qabel l-emendi.
https://legislation.mt/eli/act/2014/4/eng/pdf?utm_source=chatgpt.com
Apparti li huwa dettall tekniku, huwayparti essenzjali mill-istorja.
Għalhekk min illum jitkellem dwar il-ħtieġa li verdett ta’ ġurija jkun jista’ jiġi mistħarreġ għandu jgħid ukoll min bidel il-liġi biex jagħti lill-Avukat Ġenerali għodda li qabel ma kellux bl-istess mod.
Dr. Silvio Camilleri għandu l-obbligu jkun preċiż dwar din l-istorja. Kien Avukat Ġenerali taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. Imbagħad dik l-istess Amministrazzjoni elevatu għall-ogħla kariga fil-Ġudikatura.
Nistaqsi x’kienet il-pożizzjoni tiegħu meta kellu f’idejh l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-liġi kienet differenti?
Jekk illum dawn l-oqbra mbajda verament irridu dibattitu serju dwar il-ġustizzja, ma nistgħux nibdew nikkwotaw l-istorja mill-paġna li taqbel lilhom.
Irridu nibdew mill-bidu.
Min kellu s-setgħa. Min ma kellux is-setgħa. Min seta’ jbiddel il-liġi. Min fil-fatt bidilha. U min illum qed jitkellem bħallikieku dik l-istorja qatt ma seħħet.


2 Comments
Nies sahta ta pajjizhom Oqbra mbajda fil veru sens tal kelma. Il birah it tifel tas sahara hareg iwerzaq li qed titnaqqar il-gustizzja.
Nahfer iva, ninsa qatt. Fejn kienu Dawn li llum qed jilghabuwa tal pampaluni tal gustizzja? Talbu apologija ghal meta xtaqet il marda kiefra lil ullied il laburisti? Talbu apologija lil ulied il Perit Mintoff ghal kliem li kitbet ommom meta halla din I’d dinja? U fuq kollox se jatuh sodisfazzjon lil poplu Malti, kif ghandu d dritt ikun jaf x’kien fih il laptop. Ara veru hawn min ma jafx xi tfisser misthija.