Sánchez Jitkellem dwar Ġustizzja Soċjali. Maricarmen Ħarġet Fuq Stretcher

Neville Gafa

~ 7 minutes ago

Sánchez Jitkellem dwar Ġustizzja Soċjali. Maricarmen Ħarġet Fuq Stretcher

Il-każ ta’ Maricarmen Abascal, ta’ 87 sena, huwa xbieha ċara tal-kriżi tad-djar fi Spanja.

 

Kienet ilha tgħix fl-istess dar f’Madrid għal madwar 70 sena. Fit-23 ta’ Settembru ġiet żgumbrata wara tilwima dwar il-kera u nħarġet mill-binja fuq stretcher.

 

Il-kera tagħha kienet madwar €500 fix-xahar. Il-kumpanija riedet €1,650, aktar mill-pensjoni tagħha.

 

87 sena.

 

70 sena fl-istess dar.

 

U fl-aħħar, barra fuq stretcher.

 

 

Dan kollu qed jiġri fi Spanja mmexxija mill-Gvern Soċjalista ta’ Pedro Sánchez, wara snin ta’ wegħdiet dwar protezzjoni soċjali u akkomodazzjoni affordabbli.

 

Iżda l-problema tmur aktar fil-fond minn Sánchez.

 

Dan huwa wkoll il-wiċċ ta’ mudell Ewropew li għal snin sħaħ tratta l-proprjetà bħala assi finanzjarju, filwaqt li għal ħafna ħaddiema, żgħażagħ u pensjonanti d-dar saret dejjem aktar diffiċli biex tintlaħaq.

 

Il-politika Ewropea tista’ titkellem dwar solidarjetà u ġustizzja soċjali kemm trid. Il-kejl veru huwa jekk persuna li ħadmet ħajjitha kollha tistax tibqa’ tgħix b’dinjità taħt is-saqaf tagħha.

 

U meta anzjana ta’ 87 sena tispiċċa barra fuq streċer, il-problema ma tibqax biss il-prezz tal-kera.

 

Issir akkuża politika kontra sistema li tilfet il-kuntatt mal-ħajja reali tan-nies.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *