Nifraħ lil Wayne Sammut li se jinħatar Chairman ta’ Festivals Malta.
Nifs ġdid, viżjoni ġdida u bidla importanti għal Festivals Malta.
Istituzzjoni li ma tiġġeddidx, tistaġna. U min jibża’ mill-bidla, jispiċċa priġunier tal-passat.
Il-bidla hija neċessità biex nimxu ’l quddiem.
Prosit lill-Gvern għal din id-deċiżjoni. Hekk għandha tkun it-triq ’il quddiem: tiġdid, enerġija ġdida u opportunitajiet għal ideat friski.

