Edward Mizzi u l-impjieg fl-Awtorità tad-Djar

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Edward Mizzi u l-impjieg fl-Awtorità tad-Djar

Edward Mizzi, li fil-passat kien magħruf għall-ħidma tiegħu qrib l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, taħt amministrazzjoni Laburista sab impjieg fl-Awtorità tad-Djar.

 

Edward Mizzi, bin l-Arċi Nazzjonalist Eucharist Mizzi, President tal- Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, għall-uffiċċju tas-CEO tal-Housing!

 

Filli l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil, jispiċċa Senior Manager tal-Housing taħt Gvern Laburista.

 

Edward Mizzi mal-Kap tiegħu Simon Busuttil

 

Mill-files vojta biex jippruvaw iwaħħluh lil Joseph Muscat bl-ikbar gidba politika mill-Indipendenza ‘l hawn, għall-files tal-Awtorità tad-Djar kompletament f’idu taħt Gvern Laburista.

 

Skont informazzjoni li waslitli, l-eks Ministru responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, kien kontra dan l-impjieg. Madankollu, l-istess informazzjoni tindika li Mizzi kellu l-appoġġ sħiħ tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa.

 

Roderick Galdes

 

Għalhekk nistaqsi;

 

Għaliex Matthew Zerafa baqa’ jappoġġja l-impjieg ta’ Edward Mizzi, meta l-Ministru responsabbli kellu oġġezzjoni?

 

X’kienu l-kriterji professjonali li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni?

 

Il-kwistjoni mhix jekk persuna li fil-passat ħadmet mal-Partit Nazzjonalista għandhiex dritt taħdem f’istituzzjoni pubblika. 

 

Iva għandha.

 

Però mhux naqbżu l-kju, u saħansitra jispiċċaw jaħdmu fi rwol ta’ “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar.

 

Nistaqsi wkoll fuq liema ġustifikazzjoni ttiehdet id-deċiżjoni li turi li tali deċiżjoni ttieħdet fl-interess tal-Awtorità tad-Djar?

 

Aktar dettalji fl- artiklu li jmiss.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *