Il-Qorti tilqa’ l-appell ta’ Joseph Muscat u tordna passi kontra Miroslava Milenovic, b’mistoqsijiet serji dwar il-kredenzjali professjonali tagħha fl-inkjesta tal-Vitals.

Miroslava Milenovic
F’sentenza mogħtija llum, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera annullat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati u kkonkludiet li jeżistu raġunijiet prima facie biex jittieħdu proċeduri kriminali kontra Milenovic, b’rabta mal-allegat eżerċizzju tal-professjoni regolata ta’ accountant mingħajr il-warrant meħtieġ, kif ukoll ma’ allegati irregolaritajiet oħra fid-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni professjonali tagħha.
Il-Qorti għalhekk ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija jieħu l-passi meħtieġa.
Deċiżjoni li bla dubju se tagħti piż ġudizzjarju lill-kontestazzjoni li Joseph Muscat ilu jagħmel dwar aspetti tal-inkjesta tal-Vitals u l-mod kif intgħażlu u operaw ċerti esperti.

