L-appell ta’ Joseph Muscat wassal lill-Qorti biex teżamina jekk l-informazzjoni konfliġġenti dwar il-kwalifiki professjonali tal-esperta fl-inkjesta tal-Vitals kellhiex tiġi investigata aktar fil-fond.

Miroslava Milenovic
Id-deċiżjoni tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera fil-każ ta’ Miroslava Milenovic għandha dimensjoni li tmur lil hinn mill-kwistjoni dwar jekk l-esperta kellhiex il-warrant meħtieġ biex teżerċita l-professjoni ta’ accountant f’Malta.
Dak li stabbiliet il-Qorti
Il-Qorti qieset li kien hemm informazzjoni konfliġġenti dwar il-kwalifiki u ċ-ċertifikazzjoni professjonali ta’ Milenovic, u li dawn il-kontradizzjonijiet ma kinux ġew eżaminati b’mod adegwat.
Il-Qorti ma qablitx mad-deċiżjoni li l-ilment imressaq minn Joseph Muscat jiġi miċħud fl-istadju preliminari. Hija qieset li kellu jsir eżami aktar approfondit biex jiġi stabbilit x’kwalifiki kellha Milenovic u jekk ix-xogħol li wettqet kienx legalment awtorizzat.

Consuelo Scerri Herrera
Il-Qorti ma aċċettatx ukoll li l-eżistenza ta’ proċedimenti kriminali oħra marbuta mal-inkjesta tal-Vitals kienet, waħedha, raġuni biżżejjed biex dawn l-allegazzjonijiet jitħallew barra mill-eżami.
Id-deċiżjoni tordna li l-kwistjonijiet imqajma jiġu investigati u eżaminati kif jixraq.


1 Comment
A question that is being skirted is, what is going to happen about the fact that she was after all selected and her payments approved by the inquiring magistrat, and what is going to happen about the disitions reached by the inqirering magistrate based on her selected and paid for false expertice?