F’wieħed mill-artikli rajna kif fl-20 ta’ Ġunju 2025, Edward Mizzi sar id-detentur irreġistrat ta’ 600 sehem ordinarju f’Think-OTB Ltd, wara trasferiment minn Raisa Bugeja.
Raisa Bugeja tiġi t-tfajla ta’ Matthew Zerafa CEO tal-Awtorità tad-Djar, u Edward Mizzi tal-kaxxex tal-pizza huwa Senior Manager in the CEOs Office tal-Awtorità tad-Djar.
Nistaqsi;
L-Awtorità tad-Djar għandha jew kellha xi relazzjoni kummerċjali ma’ Think-OTB Ltd?
Il-fatt li persuni jkollhom relazzjoni personali jew jagħmlu trasferiment ta’ ishma ma jfissirx, fih innifsu, li seħħet irregolarità.
Madankollu, meta jkun hemm rabtiet possibbli bejn persuni f’karigi pubbliċi, impjegati tal-istess istituzzjoni u interessi kummerċjali privati, huwa fl-interess tal-pubbliku li dawn jiġu ċċarati.
Aktar dettalji fl-artiklu sussegwenti.

