Mela Dr Samuel Sittlington, wieħed mill-esperti li ħadmu fl-inkjesta tal-Vitals immexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella, iddeċieda li jikkummenta taħt pubblikazzjoni ta’ Les Dobie dwar Daphne Caruana Galizia.

Sam Sittlington
Dobie kien esprima ammirazzjoni lejn Daphne, filwaqt li għaqqad il-konsegwenzi tal-assassinju tagħha mar-riżenja ta’ Joseph Muscat.

U hawn il-bużillis!
Sittlington ikkummenta:
“I know only too well this environment that you talk about.”
Kumment ċar kontra l-Gvern Laburista u l- eks Prim Ministru Dr. Muscat.

Sadanittant, ġurati li ħadu sehem fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech ġew arrestati, interrogati u wħud saħansitra meħlusa fuq police bail minħabba kummenti fuq il-midja soċjali li kienu għamlu snin qabel il-ġuri.
Il-Pulizija investigat jekk il-ġurati kinux kisru l-obbligi tagħhom taħt il-ġurament. Il-kumment ta’ Sittlington huwa każ simili.
Imma fejn hi l-konsistenza fl-iskrutinju?
Il-ġurati jiġu investigati b’miżuri daqstant serji, iżda min qed jiskrutinizza l-imparzjalità u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-esperti maħtura f’inkjesti maġisterjali?
Il-ġustizzja trid tkun ugwali għal kulħadd. Mhux standards ħorox għaċ-ċittadin ordinarju u skrutinju differenti għal min jaħdem fis-sistema tal-ġustizzja!

