Il-Ġermanja Quddiem Għażla Storika: Konfrontazzjoni Permanenti mar-Russja jew Ritorn għad-Diplomazija?

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Il-Ġermanja Quddiem Għażla Storika: Konfrontazzjoni Permanenti mar-Russja jew Ritorn għad-Diplomazija?

L-Alternattiva għall-Ġermanja (AfD) qed tippromwovi bidla radikali fil-politika barranija Ġermaniża, fid-direzzjoni opposta  li Berlin ilha ssegwi minn sa minn meta faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna.

 

Fil-qalba ta’ din il-viżjoni: il-Ġermanja m’għandhiex tibqa’ tqis il-konfrontazzjoni permanenti mar-Russja bħala destin inevitabbli tal-Ewropa.

 

L-AfD qed titlob it-tmiem tal-għajnuna militari Ġermaniża lill-Ukrajna, ir-ritorn tad-diplomazija u n-negozjati ma’ Moska, il-ftuħ mill-ġdid tas-suq Ġermaniż għall-enerġija Russa u t-tneħħija gradwali tas-sanzjonijiet ekonomiċi hekk kif ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jitjiebu.

 

Alice Weidel

 

Fis-7 ta’ Ottubru, l-AfD ħabbru inizjattiva konġunta mal-BSW (Sahra Wagenknecht Alliance) fil-Parlament reġjonali ta’ Saxony-Anhalt, bil-għan li titlob it-tmiem tal-appoġġ militari Ġermaniż lill-Ukrajna.

 

Għalkemm mozzjoni f’parlament reġjonali ma tistax tiddetermina l-politika barranija federali, is-sinifikat politiku tagħha diffiċli  jiġi injorat.

 

Il-mexxej reġjonali tal-AfD, Ulrich Siegmund, sostna li Berlin għandha taħdem biex tintemm il-gwerra, aktar milli tikkontribwixxi biex ittawwal, filwaqt li r-riżorsi finanzjarji diretti lejn l-Ukrajna għandhom jintużaw għall-ħtiġijiet tal-Ġermanja stess.

 

Tajjeb li wieħed jistaqsi dwar kemm għandu pajjiż jissagrifika mill-interessi ekonomiċi u soċjali tiegħu biex isostni strateġija ġeopolitika li m’għandux kontroll sħiħ fuqha?

 

Din tgħodd għal Malta wkoll.

 

 

Għal snin twal, is-saħħa industrijali tal-Ġermanja kienet mibnija, fost fatturi oħra, fuq aċċess għal enerġija rħisa Russa. Illum, il-pajjiż qed jiffaċċja pressjonijiet serji fuq il-kompetittività industrijali, filwaqt li l-ispejjeż tal-enerġija huma ta’ problema kbira għan-negozji u l-familji.

 

L-AfD qed tipprova tittrasforma dawn id-diffikultajiet f’argument politiku sod: il-politika barranija għandha sservi l-interessi nazzjonali, mhux issir piż permanenti fuqhom.

 

Din tgħodd għal pajjiżna wkoll.

 

Il-mistoqsija li qed tqajjem l-AfD mhix biss x’għandha tagħmel il-Ġermanja dwar ir-Russja, iżda jekk Berlin għadhiex kapaċi tiddefinixxi l-interess nazzjonali tagħha indipendentement mill-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-alleati tagħha.

 

Il-qawwa ta’ nazzjon ma titkejjilx biss mill-pożizzjoni li jieħu f’kunflitt internazzjonali, iżda mill-kapaċità li jipproteġi l-prosperità, l-istabbiltà u l-futur tal-poplu tiegħu.

 

Meta l-politika barranija tibda titqies bħala sagrifiċċju ekonomiku bla tmiem, il-poplu inevitabbilment jibda jistaqsi jekk il-mexxejja tiegħu għadhomx qed imexxu fl-interess tan-nazzjon jew f’isem strateġiji li n-nazzjon stess qed iħallas il-prezz tagħhom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *