Malta llum se tibda tara l-bidla.
Kapitlu li fih ir-rieda tal-poplu tibda tieħu preċedenza fuq il-prietki ta’ erba’ psewdo-intellettwali li għal snin sħaħ ħasbu li għandhom il-monopolju fuq dak li hu tajjeb u ħażin għal pajjiżna.
Il-pressjoni demografika kellha bżonn soluzzjonijiet fit-tul u se jibdew joħorġu.
Se jkun hemm min jikkritika. Se jkollok Peppi Azzopardi, Andrew Azzopardi, Salvu Mallia u l-erba’ bleeding hearts ta’ Repubblika.
Imma mal-Gvern Laburista se jkun hemm il-poplu. Kemm hu sabiħ meta r-rieda tal-poplu tirbaħ fuq l-interessi personali, jekk hux dawk tan-negozju jew psewdo-ideoloġiji.
Ser nerġgħu naraw l-infantiliżmu politiku ta’ Alex26 li għal darba oħra wera li mhux kapaċi jiddefinixxi l-problema, aħseb u ara kemm se jsib soluzzjoni.

