Onor. Mariah Meli: “Ir-regoli għandhom jiġu rispettati minn kulħadd”

Neville Gafa

~ 13 hours ago

Onor. Mariah Meli: “Ir-regoli għandhom jiġu rispettati minn kulħadd”

Nilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield, li l-multa ta’ €235 għal min jinqabad ipejjep il-kannabis f’postijiet pubbliċi se tkun tista’ titħallas fuq il-post minn persuni barranin li ma jgħixux f’pajjiżna. Il-kumplament li jinqabdu jiksru l-liġi fi spazzju pubbliku, il-multa hija l-istess, dik ta’ €235.

 

Dan il-pass għandu jkun akkumpanjat minn tisħiħ tal-infurzar, b’mod konsistenti u effettiv. Ir-regoli għandhom jiġu rispettati minn kulħadd, u l-ispazji pubbliċi għandhom jibqgħu postijiet fejn kulħadd, inklużi t-tfal u l-familji, iħossuhom komdi. Fl-istess waqt, l-infurzar irid jimxi id f’id mal-edukazzjoni, għalhekk tibqa’ l-ħtieġa ta’ aktar għarfien dwar ir-regoli marbuta mal-użu tal-kannabis, ir-riskji tagħha u r-responsabbiltà li nirrispettaw lil dawk ta’ madwarna. Dan kien propju s-sentiment li qasmu bosta miegħi, lura f’Settembru li għaddha.

 

Bħala Membru Parlamentari, nibqa’ impenjata li nisma’, inwassal it-tħassib tan-nies u nkun vuċi għaċ-ċittadini li nirrappreżenta, biex dan jissarraf f’azzjoni konkreta li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *