Martin Balzan huwa tabib li qatta’ snin ma jagħmel xejn ħlief jirkeb fuq dahar il-union tat-tobba, għax ħadd ma ried imexxiha.
Ma ttihomx tort għax it-tobba bieżla jistgħu jmorru ħafna aħjar b’xogħolhom.

Martin Balzan huwa Nazzjonalist li ma jiflaħx jara l-Partit Laburista fil-Gvern.
Jinqala’ biss biex imur iħarref fuq Net jew ma Defnisti.
Fi Frar 2025, wara 28 sena jaħkem lill-MAM, Balzan kien ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-Presidenza. Immaġinaw, fid-dinja għaddieh biss bniedem wieħed, Robert Gabriel Mugabe, President taż-Żimbabwe għal tletin sena sħaħ.

Mugabe
Iżda id-Defnist Martin Balzan inħatar President Onorarju tal-MAM. Sorsi mill-Assoċjazzjoni jsostnu li għalkemm m’għandux President, jibqa’ l-fatt li l-ħabel baqa’ jiġbdu hu, u għalkemm il-kariga tiegħu hija waħda onorarja, u ma tagħtih ebda awtorità biex joħroġ direttivi industrijali f’isem l-assoċjazzjoni, kien influwenti fuq it-Tmexxija sabiex issejjaħ direttivi relatati mal-introduzzjoni tat-teknoloġija Point-of-Care Testing (POCT) fiċ-ċentri tas-saħħa.


1 Comment
Jmissu jisthi jaghati d direttivi kontra l marid mbasta professjonali.