Esklussiva: Il-Każ tat-Tieni Ċittadin Malti Miżmum f’Ħabs fil-Libja – Jomic Calleja Maatook

Neville Gafa

~ 7 hours ago

Esklussiva: Il-Każ tat-Tieni Ċittadin Malti Miżmum f’Ħabs fil-Libja – Jomic Calleja Maatook

Jomic Calleja Maatook huwa ċittadin Malti li ilu madwar sentejn u nofs miżmum f’ħabs fil-Libja.

 

Il-każ tiegħu huwa differenti minn dak taċ-ċittadin Malti l-ieħor li dwaru ilni nikteb matul dawn l-aħħar ġimagħtejn.

 

Permezz ta’ sensiela ta’ artikli, se nkun qed niżvela informazzjoni li s’issa baqgħet barra mir-rappurtaġġ tal-midja tradizzjonali. Barra minn hekk, se nkun qed nuri kif ċerti verżjonijiet li ġew ippubblikati dwar dan il-każ jikkuntrastaw bil-kbir mal-informazzjoni li għandi f’idejja.

 

F’Mejju tal-2024, Jomic Calleja Maatook ġie arrestat minn uffiċjali Libjani f’raħal li jinsab f’żona muntanjuża, madwar siegħa u nofs ’il bogħod mill-belt kapitali Tripli.

 

Minn dak il-mument bdiet saga li għadha għaddejja sal-lum.

 

Fl-artikli li ġejjin se nkun qed niżvela, pass pass, iċ-ċirkostanzi tal-arrest tiegħu, l-iżviluppi fil-proċeduri legali, il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Libjani u r-rwol tal-awtoritajiet Maltin.

 

Wara sentejn u nofs, wasal iż-żmien li l-pubbliku Malti jsir jaf x’ġara tassew.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *