Jikxef idejh li hu kien jagħti pariri lil Robert Abela biex iwarrab lil Joseph Muscat

Neville Gafa

~ 3 days ago

Jikxef idejh li hu kien jagħti pariri lil Robert Abela biex iwarrab lil Joseph Muscat

Salvu Balzan ma jiflaħx jara l-Labour magħqud. Issa li qed jara l-Partit Laburista magħqud, tilef rasu u kixef lilu nnifsu li kien jagħti pariri lil Robert Abela biex iwarrab lil Joseph Muscat. Issa li qed jara li Robert Abela mhux se jaqa’ fin-nasba, infexx f’analiżi farsa għax mingħalih l-elettorat jgħarbel il-kitba tiegħu.

 

 

Il-fatti huma li l-elettorat jaf li Salvu Balzan huwa wieħed mill-aktar nies li akkwista u tħanżer taħt il-Labour. Wieħed mill-aktar nies li gawdew taħt Gvern Laburista. Kien minn tal-ewwel li taparsi rema’ lil Joseph Muscat sabiex jibqa’ jitħanżer fi snin ta’ wara.

 

Robert Abela jaf sa fejn jasal Salvu Balzan. Jaf illi l-pariri li kien qed jagħtih biex iwarrab lil Joseph Muscat kienu biss sabiex il-Partit Laburista jiddgħajjef u awtomatikament jissoda l-PN. Salvu Balzan kien jagħih il-pariri biex iwarrab lil Joseph Muscat għax irid lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.

 

Fl-istess waqt, tal-PN ma kienux brikkuni biżżejjed u ma ndunawx fejn irid jasal b’dawn il-maniġġi.

 

Mela Salvu Balzan taparsi qed ixaqleb lejn il-PN fis-surveys u l-istejjer li qed jippubblika. Qed jagħmel dan sabiex in-Nazzjonalisti ma jesponux kemm tħanżer taħt il-Labour. Dan l-aħħar, ta’ boloh li huma, daħħlu l-lifa’ fil-komma u biex ipaxxuh, fuq il-Mument ta’ xahar ilu  attakkaw lil The Times. Issa minħabba Salvu Balzan, tal-PN se jkollhom ibatu l-konsegwenzi politiċi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Rita Falzon Gouder March 6, 2025

    mercinarju zgur li hu

    Reply
  2. saviour stivala March 7, 2025

    Min jitraka ma Salvu Balzan,min jihu l’pariri ta Salvu Balzan il-bahar immur ghax Alvu Balzan jifunzjona biss fejn emm gawdan finanzjarju.

    Reply
  3. Antonia Mellors March 7, 2025

    lanqas taf li min tafda dan iz zmien. Kont nahlef li Salvu Balzan hu ragel

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *