Is-sens ta’ impunita’ ta’ Dr. Mary Debono Borg

Neville Gafa

~ 1 month ago

Is-sens ta’ impunita’ ta’ Dr. Mary Debono Borg

L- Onor. Alex Borg, il-bikkej ta’ Għawdex, il-king ta’ Pjazza San Franġisk, għax mhux l-ewwel darba li pparkja l-vettura tiegħu f’post mhux awtorizzat ghall-parkegg fi Pjazza SAN FRANGISK, ir-RABAT, GHAWDEX.

 

Alex Borg, il-King, li saħansitra mhux l-ewwel darba li pejjep f’postijiet fejn it-tipjip huwa projbit, inkluż fuq il-vapur ta’ Għawdex. 

 

 

Alex reġa’ bewwel għajnejh. Dan għaliex għamilt xi mistoqsijiet lil ommu, Dr. Mary Debono Borg, Direttur Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex. Mhux talli Dr. Debono Borg baqgħet ma weġbitx, talli issa binha qed jheddidni bill-Pulizija. 

 

 

Sa issa staqsejniha hux minnu li meta d-deputat tar-reġistru tkun sick jew leave, id-direttur tagħmel ġurnata fir-reġistru u toqgħod tara l-atti kollha li jidħlu hi, anke meta hemm 6 deputati oħra li jistgħu jirriplesjaw lil dak tar-reġistru.

 

Staqsejna wkoll hux minnu li meta jżurha t-tifel il-kbir Alex, jingħalqu fl-uffiċċju tagħha u tibgħat għal ċertu proċessi.

 

Staqsejna wkoll hux minnu li  meta jidhlu mandati f’isem it-tifel tagħha, Dr. Mary Debono Borg tavżah bihom saħansitra qabel ikunu degretati.

 

It-theddid tal-Onor. Borg mhux se jwaqqafna milli nkomplu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna lil ommu, persuna b’kariga għolja fiċ-ċivil. Dan huwa dritt ta’ kull ċittadin. Dr. Mary Debono Borg, Direttur Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex, mħallsa mit-taxxi tagħna, u għaldaqstant għandha l-obbligu li twieġeb għal mistoqsijiet li Ċikku l-poplu jistaqsi.

 

Illum se nkomplu bil-mistoqsijiet.

 

Dr. Debono Borg,

 

Huwa minnu li ċertu ħaddiema tibgħathom id-dar fit-3:00pm u oħrajn iżżommhom sal-ħin?

 

Huwa minnu li  ċertu ħaddiema huma  privileġġjati u oħrajn mgħaksin?

 

Nisperaw li tibda twieġeb għax ġejja valanga ta’ mistoqsijiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Eddy Privitera March 15, 2025

    Allura din m,hux “HTIF TA`ISTITUZZJONI ” , Sur Alex Borg ???

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *