Marthese Portelli, l-MDA u l-Kamra tal-Kummerċ

Neville Gafa

~ 1 month ago

Marthese Portelli, l-MDA u l-Kamra tal-Kummerċ

Dr Marthese Portelli,

 

l-MDA kienet pruvat sabiex ikollha rappreżentanza fuq l-MCESD. Bħalissa r-rappreżentanza ta’ min iħaddem fuq l-MCESD hija magħmula mill-Kamra tal-Kummerċ, mill-Kamra tal-SMEs, il-Malta Employers Association u mill-MHRA. Madanakollu, il-Kamra tal-Kummerċ għandha żewġ siġġijiet fuq dan il-Kunsill, filwaqt li l-organizzazzjonijiet l-oħrajn kollha ta’ min iħaddem għandhom siġġu wieħed biss.

 

 

Jekk l-MDA tistaqsi biex tkun rappreżentata fuq l-MCESD, bħalma diġà għamlet, inti tkun lesta tissugerixxi li l-Kamra tal-Kummerċ iċċedi wieħed miż-żewġ siġġijiet tagħha?

 

Jekk ma tweġibx għal din il-mistoqsija, għandi nifhem li t-tweġiba tiegħek tkun fl-affermattiv.

 

Tajjeb li nfakkru li inti qabel ilħaqt CEO tal-Kamra tal-Kummerċ kont Direttur Ġenerali tal-MDA, fejn ġejt appuntata f’dan l-irwol ġimgħat biss wara li irriżenjajt mill-Parlament.

 

Fl-irwol tiegħek ta’ bħalissa għandek xi kunflitt mal-MDA?

 

 

William Spiteri Bailey

 

Lil William Spiteri Bailey ser tkun qed tagħtih is-sapport biex jilħaq minflok ta’ qablu l-ġimgħa d-dieħla jew qed taħdem kontrih?

 

Milli smajt, lil ta’ qablu bilkemm kont tħallih jitniffes. Spiteri Bailey magħruf mhux biss bħala ġentlom imma bħala persuna intelliġenti wkoll. Forsi fl-aħħar ma tkomplix titkellem int biss!

 

Nisma’ mingħandek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *