F’dawn l-aħħar xhur kont f’diversi pajjiżi tal-Lvant fosthom Ir-Russja. Osservajt bl-liema rispett iħarsu il-Monumenti Nazzjonali. Monumenti saħansitra mgħassa 24 siegħa kuljum mill-Armata.

Alexei Maximovich Peshkov (known as Maxim Gorky) monument in Krasnodar Region, Russian Federation
Bħal ma forsi segwejtu fl-aħbarijiet internazzjonali, matul l-aħħar ġimgħa fit-Turkija ġew organizzati għadd ta’ protesti kontra l-President Recep Tayyip Erdoğan. Dan wara li ġie arrestat Ekram İmamoğlu, Sindku ta’ Istanbul, fuq akkużi ta’ terroriżmu.
Minix se nidħol fil-mertu politiku, għaliex nista’ nikteb volumi dwar dan, però bħala persuna ngħix it-Turkija ma stajtx ma nosservax li bħal pajjiżi oħra, il-poplu Tork għandu rispett u qima lejn il-Monumenti Nazzjonali.
Aktar minn hekk, ma stajtx ukoll ma ninnotax is-sigurtà massima li dawn il-Monumenti Nazzjonali jgawdu kemm mill-Gvern kif ukoll mis-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiż waqt żminijiet bħal dawn.
Dawn huma protetti daqs li kieku huma sagri. Il-Monumenti ġew protetti minn barriers apposta sabiex żgur ħadd ma jindenja jabbuża ma xi monument.
Fl-istess waqt li nkun qed inħares u nosserva dan kollu, dlonk niftakar li Malta wkoll għandna Monumenti Nazzjonali. Iżda f’Malta għandna wkoll puppatur eks Prim Imħallef li b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

Joe Zammit McKeon
Għafsa ta’ qalb. Ġerħa li ma tghalaqx.
Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa monument li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta u li jinsab il-Belt Valletta. Il-monument huwa xogħol l-iskultur Antonio Sciortino, u ġie inawgurat fit-8 ta’ Mejju 1927.

Monument tal- Assedju l-Kbir
Minn Ottubru 2017, permezz ta’ sentenza ridikola tal-Imħallef Joe Zammit McKeon, il-monument spiċċa stuprat mill-klikka tad-Defnisti u litteralment ġabuh miżbla. Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana.
Kien żball kbir li l-Gvern baxxa rasu u m’appellax għal dan is-sagrileġġ nazzjonali. Pastażata bħal din ma taraha fl-ebda pajjiż ċivili, però ssibha f’Malta Repubblika.
F’Malta, għandna Gvern li jibża’ minn klikka ta’ tużżana nies. Minħabba id-djufija tal-Gvern, spiċċa vittma tagħhom poplu sħiħ.
L-Eks Imħallef Joe Zammit McKeon għandu jistħi jsejjaħ lilu nnifsu bħala Malti. Nerġa nappella lil MEPs Laburisti jqajmu dan is-suġġett fil-Parlament Ewropew sabiex naraw jekk hawnx xi monument storiku ieħor fl-Ewropa kollha li nħataf minn xi tużżana estremisti.
Sfortunatament l-appelli tiegħi lill-MEPs Laburisti waqgħu f’widnejn torox. Nemmen li dak li qed nitlob għandu jsib appoġġ sħiħ ta’ poplu magħqud kontra dan is-sagrileġġ nazzjonali.
Is-sentenza ridikola ta’ Zammit McKeon ma ġġib xejn ħlief tgerfix, għajb u stmerrija.
Sadanittant, fil-jiem li ġejjin, dan is-sit se jkompli bil-kampanja “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”. Jekk il-klikka estremista ta’ Daphne jaħsbu li se nkunu qed nieqfu nofs triq f’din il- kampanja, allura qed jiżbaljaw bil-kbir. Jekk huma għandhom dritt tal-libertà tal-espressjoni, għandu l-istess dritt kulħadd inkluż jien u intom.
Il-ġlieda tagħna hija li jinstab bilanċ bejn il-libertà tal-espressjoni u l-ħarsien ta’ monumenti pubbliċi u nazzjonali li huma simboli ta’ għaqda nazzjonali.
Ibqgħu segwuna fuq dan is-sit għal aktar aġġornamenti.
Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”.
1 Comment
Il fatt li dak il buffu magistrat toghom il permess li monument jamluh mizbla , ma nahsiebx li hi ligi , ghanzi nahseb li hi kontra il konstituzioni tal pajjiez . ma jistax il gvern jaghmel talba il qorti biex jitnehha dak iz zibel minn hemm jew mhux kap tal PN di facto biss imma prim ministru di facto ukoll ….