In-Numri Ma Jigdbux: Stħarriġ Juri Appoġġ Qawwi għal Prim Ministru Robert Abela

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

In-Numri Ma Jigdbux: Stħarriġ Juri Appoġġ Qawwi għal Prim Ministru Robert Abela

L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday juri differenza enormi ta’ fiduċja bejn Robert Abela u Bernard Grech, messaġġ ċar ta’ sodisfazzjon mill-poplu Malti lejn il-Gvern Laburista.

 

Stħarriġ ġdid ippubblikat minn MaltaToday ikkonferma dak li ħafna diġà qed iħossu fil-komunitajiet tagħna: il-Prim Ministru Robert Abela għandu vantaġġ enormi u dejjem jikber fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Il-messaġġ mill-poplu hu ċar —  favur id-direzzjoni li ħa pajjiżna taħt it-tmexxija tal-Gvern Laburista.

 

 

Dan m’huwiex biss kwistjoni ta’ popolarità. Huwa kwistjoni ta’ fiduċja u riżultati.

 

 

Kif Jinftiehmu In-Numri

 

Id-differenza kbira ta’ fiduċja bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma ġietx b’kumbinazzjoni. Din tirrifletti sentiment aktar profond fil-poplu:

 

– Fiduċja fit-tmexxija: In-nies jemmnu u konxji  li l-Gvern Laburista qed jagħti riżultati fl-ekonomija, l-infrastruttura, l-innovazzjoni u bosta oqsma oħra.

 

– Ċaħda għall-politika negattiva: L-istrateġija tal-Oppożizzjoni li taħdem biss fuq kritika negattiva u bla proposti ċari, falliet.

 

– Għażla għall-istabbiltà: Fi żmien globali ta’ inċertezza, il-poplu jippreferi tmexxija stabbli.

 

Dan l-istħarriġ mhux eċċezzjoni. Hu parti minn mudell konsistenti li juri fiduċja dejjem tikber fil-Gvern, u nuqqas ta’ fiduċja fl-Oppożizzjoni.

 

 

X’Jfisser Dan Kollu?

 

Differenza daqshekk kbira bejn żewġ mexxejja politiċi m’hix sempliċement ċifra. Huwa riżultat li jirrifletti kif l-elettorat qed iħares lejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin.

 

Turi li l-Gvern Laburista qed iwettaq dak li wiegħed.

 

Turi li l-poplu ma jixtrix il-kampanji tal-biża’ u qerq tal-Partit Nazzjonalista.

 

Turi li l-Oppożizzjoni qed tfalli milli tidher bħala alternattiva kredibbli.

 

 

Messaġġ lill-Poplu — u lill-Oppożizzjoni

 

Lill-poplu Malti: il-vuċi tagħkom qed tinstema’. L-appoġġ tagħkom hu mandat biex nibqgħu mexjin ’il quddiem — nibqgħu nwettqu r-riformi, nibnu u ninvestu fil-futur ta’ pajjiżna.

 

Lill-Oppożizzjoni: in-numri jitkellmu. Jekk tibqgħu tmaqdru lill-Gvern fil-vojt u tfallu milli tiġġeddu, dan il-vantaġġ favur il-Partit Laburista se jkompli jikber.

 

Il-Gvern Laburista se jibqa’ ffukat fuq riżultati, mhux teatrini. U l-poplu, kif juru b’ċar in-numri, kien, għadu u se  qed jibqa’ warajh.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. B.Borg June 8, 2025

    Jien l-appogg naghtih lil partit u mhux lil Robertpn

    Reply
    1. saviour stivala June 9, 2025

      B .Borg,, Dritt li hadd mu icahadulek, lanqas kemm tpeclaq fil-vojt.

      Reply
  2. saviour stivala June 8, 2025

    Il-PNEEEEEE qabad it-triq tan-nizla minajr brakijiet min mindu ingarza mas sahara tal-bidnija. Darba lejn it-2008 wara telfa eletoraly ghazlu erba min nies tghahom stess biex jistudjaw xwassal ghat-telfa, u dawn ir-raportaw li likbar kontribjut ghat telfa kient is-sahara tal-bidnija, imma dawk lingazati mahha hbewh dak ir-raport.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *