Elezzjoni bikrija mhux eskluża għax Bernard Grech mhux se jibqa’ Kap tal-PN

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Elezzjoni bikrija mhux eskluża għax Bernard Grech mhux se jibqa’ Kap tal-PN

Il-Partit Laburista miexi lejn l-ikbar rebħa elettorali fl-istorja tal-pajjiż. Ftit tal- ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk il-PN jibdlu l-Kap,  jaħsadhom  u jagħmel snap election.

 

Dakinhar dan is-sit kien kiteb li elezzjoni bikrija ma kienitx se ssir għaliex il-PN mhux se jibdel il-Kap. Dan għax dak ma jiddeċieduhx il-partitarji iżda l-familja Fenech Adami, u l-familja Fenech Adami iridu li Grech isodd it-toqob sakemm jilħaq Kap wieħed mill-familja tagħhom stess.

 

Eddie u Beppe Fenech Adami.


Jidher iżda li wara s-survey tal-Ħadd ippubblikat mill-Malta Today, saret pressjoni qawwija fuq il-familja Fenech Adami, b’dawn tal-aħħar iċedu u jiddeċiedu li Bernard Grech għandu jwarrab b’ effett immedjat. Dan għall-fatt li l-ħsara li saret lill-Partit Fenech Adami hija ħafna akbar minn dak li kien qed jiġi mbassar mill-istess familja Fenech Adami.

 


Jidher ċar li ta’ Fenech Adami ħadu falza stikka fil-kalkoli, li wasslet sabiex tittieħed id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Partit ġdid. Interessanti l-fatt li l-preokupazzjoni ewlenija tal-familja Fenech Adami mhux li l-Partit jinsab fi kriżi kbira, iżda l-biża’ li jduru għalihom per konsegwenza, b’riskju kbir għall-poter u l-kontroll assolut tagħhom fil-Partit.

 

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. B.Borg June 11, 2025

    Elezzjoni Bikrija?

    Twassal lil Robert Abela Fl-ahhar tal-mixja politika tieghu.

    Most of the electorate had enough of him.

    Reply
  2. FXG June 11, 2025

    Elezzjoni bikrija ? Din hija decizjoni tal PM. Imma l PM jirraprezenta partit u l partit huwa ffurmat mil partitarji. Think twice.

    Reply
  3. MB June 11, 2025

    Ma naqbilx ma elezzjoni bikrija. M hemmx ghalfejn. Ejja naghmlu iz zmien kollu li suppost. Imbilli jaghmlu lil metsola??? Tghid mhux ha tikkonvinci laburist biex jivvutala. Dik QATT ma nahfrula li ghamlet lil kbir Joseph muscat

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *