Il-Gvernijiet Laburisti jimxu bil-motto li tista’ ma taqbilx magħna u xorta taħdem magħna. Iżda ġieli l-Gvern Laburista ħalla min japprofitta ruħu minn din t-tip ta’ tmexxija. Dan mhux aċċettabbli.
Ilna nirrapportaw dwar serqa ta’ €6,000 mil-Qorti t’Ghawdex. Li għadna ma semmejniex b’isimha hija d-Direttur tal-Qorti t’Għawdex li hija Mary Debono Borg li ma hija ħadd għajr omm l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
Issa qed tifhmu għaliex skiet itarrax mil-PN dwar kif għosfru €6,000 mil-Qorti t’Għawdex.
Issa tafu. Id-Direttur tal-Qorti t’Għawdex hija omm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Bħalissa għaddejjin żewġ inkjesti, waħda mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u oħra mill-eks Imħallef Antonio Mizzi.

Antonio Mizzi
Qed taslilna informazzjoni inkwetanti dwar manuvri u intriċċi marbuta ma dan il-każ.
Kull min għandu informazzjoni dwar dan il-każ nħeġġu ikellimni.
Dan is-sit se jinvestiga x’qed jiġri.


1 Comment
Unfortunately we do lack leadership and political talent.
I blame the ignorant electorate who was given a chance to change the direction during the Alfred Sant times.
Now we are suffering the consequences of our bad choices.