Search
Close this search box.

L-estradizzjoni ta’ Daniel Meli.

Admin

~ 1 month ago

L-estradizzjoni ta’ Daniel Meli.

Onor. Jonathan Attard

Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma

tas-Settur tal-Kostruzzjoni.

 

Onor. Attard,

Ippermettili nirrikorri għalik dwar dak li hu għaddej relatat mal-każ ta’ estradizzjoni ta’ Daniel Meli.

 

Qed nikteb lilek għaliex nemmen fil-kompitu ta’ Ministru għall-Ġustizzja għandek l-għażliet legali neċessarja li jwassluk tiddefendi d-drittjiet fundamentali ta’ Daniel Meli.

 

Meta wieħed jindaga ftit dwar dak li ġara sa issa fil-Qrati tal-Ġustizzja, isib li id-deċiżjoni li Daniel Meli jiġi estradit ittieħdet fl-ewwel seduta. Mhux hekk biss, l-imsemmija seduta ħadet madwar 30 minuta.

 

Allura dan il-każ ġie deċiż fl-ewwel seduta?

 

X’ kienet ir-raġuni li ssir pressjoni fuq tifel bi problemi ta saħħa mentali, b’tali mod li jiddeċiedi dwar dik li tissejjaħ ‘Voluntary Surrender’ fl-ewwel seduta?

 

Possibbli ma kienx obbligu tal-Qorti Rimandanti li tistħarreġ il-qagħda mentali tiegħu qabel ma taċċetta d-dikjarazzjoni volontarja tiegħu fejn huwa ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit?

 

Partikolarment li huwa kien qiegħed tajjeb jifhem dak kollu li huwa kien qiegħed jiġi akkużat bih fit-talba għal treġġija u l-pieni karċerarji li setgħu jiġu mposti fuqu?

 

Possibbli l-kunsens tiegħu il-Qorti taċċettah b’serenita’?

 

Fejn hi l-EMPATIJA li tant niftaħru biha?

 

Għaliex din l-għaġġla kollha?

 

Il-familji Maltin qed insegwu fis-skiet dak li int u l-Gvern qed tagħmlu u x’ser tkunu qed tagħmlu dwar Daniel Meli.

Share this:

Picture of Admin

Admin

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *