“No one can make you feel inferior without your consent.” – Eleanor Roosevelt
Alex Borg ma jaspirax. Politiku li jiddubita fih innifsu. Abbanduna l-ħolma tiegħu stess ħafna qabel ma l-elettorat seta’ jiġġudikah. Qed juri bil-fatti li lanqas biss jemmen fih innifsu.
Fl-ewwel jumejn tal-Kampanja Elettorali spikka l-fatt li Alex Borg qed jaħrab mill-ġurnalisti. Dak li sa ftit xhur ilu kien qed jgħid li jinsab ippreparat biex imexxi l-pajjiżna, illum qed juri n-nuqqas ta’ kunfidenza fih innifsu.
Ħafna nies ma jaqtgħux qalbhom għax fallew. Jaqtgħu qalbhom meta jitilfu l-fiduċja fihom infushom. Meta ma jibqgħux jemmnu fihom infushom. Borg għamel eżattament dan. Il-mod kif jitkellem, il-mod kif iċedi taħt pressjoni. Rifless ta’ politiku konvint minnu nnifsu li ma jista’ qatt jilħaq il-quċċata.

Alex Borg
In-nuqqas ta’ fiduċja huwa, fl-aħħar mill-aħħar, biża’ mill-ġudizzju. Distinzjoni ċara bejn il-veru karattru tiegħu u l-maskra sabiħa ta’ “mexxej” li jilbes ta’ kuljum. Jista’ jipprova jidher sabiħ, iżda l-prestazzjoni politika tiegħu tinħass li falza. Għax hija falza.
Alex Borg tilef il-kuntatt miegħu nnifsu. Politiku li ma jemminx fih innifsu ma jistax jikkonvinċi nazzjon biex jemmen fih.


1 Comment
Alex Borg and his administration are clearly avioding any opportunities for the media to quiz him.