Ħajr lill-Onor. Roderick Galdes

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Ħajr lill-Onor. Roderick Galdes

Fl-aħħar jiem, l-Onor. Roderick Galdes  ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

 

Galdes kien elett fil-Parlament fl- 2004, u bħala rappreżentant tas-6 Distrett, li jinkludi l-lokalità ta’ Ħal Qormi fejn twieled, kif ukoll Ħal Luqa u s-Siġġiewi,  serva b’impenn għal aktar minn għoxrin sena.

 

Roderick Galdes

 

Matul il-karriera Parlamentari tiegħu, huwa serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u aktar tard bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, fejn mexxa inizjattivi konkreti biex jindirizza l-isfidi tad-djar u jsaħħaħ l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti għall-familji Maltin.

 

Nirringrazzjaw lill-Onor. Roderick Galdes u nawgurawlu, flimkien mal-familja tiegħu, kull suċċess.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *