Rikonoxximent xieraq lill-ħaddiema ta’ One għall-mod impekkabbli u konsistenti li bih qed iwasslu lill-elettorat il-messaġġ tal-Partit Laburista.

Il-ħidma tagħhom ma tirrelatax biss xandir ta’ tagħrif, iżda wkoll dixxiplina komunikattiva. F’era fejn il-messaġġ jista’ faċilment jintilef fil-midja soċjali u fl-interpretazzjonijiet selettivi, One News qed jirnexxielhom iżommu direzzjoni u narrattiva koerenti.
Dan kollu jirrifletti professjonalità ġurnalistika. Kull rapport, kull intervista, kull produzzjoni juru livell ta’ preparazzjoni u impenn li jagħmel differenza fil-mod ta’ kif il-politika tinftiehem u tiġi evalwata mill-pubbliku in ġenerali.

Il-komunikazzjoni effettiva hija riżultat ta’ tim li jaħdem b’viżjoni u b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-messaġġ li qed iwassal. Il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema huwa fundamentali sabiex jinżamm livell għoli u biex il-messaġġ politiku jasal b’mod trasparenti u strutturat.
Ħajr lill-ħaddiema kollha ta’ One għal ħidma impekkabbli.

