Għandi informazzjoni ta’ min jorbot fuqha illi fost l-ħafna kwalitajiet koroh tal-Maġistrat Frendo Dimech hemm ukoll li tiffitta lil ġurnalisti biex jirraportaw is-sentenzi tagħha.
Fatt magħruf li kienet tinqeda ħafna b’ ġurnalista Defnista li issa t-Times ħelsu minnha. Issa qabdet moda ġdida li saħansitra tistieden lil ġurnalisti sabiex ikunu preżenti fl-awla waqt is-sentenza.
Dan huwa inkwetanti għax jista’ jkun li dan l-iskop ta pubbliċità u spettaklu qed jimmotiva lil istess Maġistrat meta tagħti s-Sentenzi.

Fil-Qrati hemm ħafna kawżi dwar dikjarazzjonijiet mhux xierqa tal-istess Maġistrat li tpeċlaq fl-awli qisha qegħda l-każin.
Dan is-sit qed jaħdem fuq storja li għandha twassal mhux biss għar-riżenja tal-Maġistrat Frendo Dimech iżda wkoll jittieħdu passi serji kontriha.
L-episodju nafu meta ġara, izda ma nafux xi tkisser għax minkejja li ħafna nies kienu preżenti, ħadd ma jrid jitkellem.
Kull min għandu informazzjoni nwegħdu kunfidenzjalità.

