Jidher li l-ex Ministru Louis Galea ngħata rwol attiv minn Alex Borg f’din l-kampanja elettorali.
Residenti tas-Siġġiewi, l-Mqabba u ż-Żurrieq li tkellmu miegħi kienu sorpriżi mhux ftit meta rċevew telefonati minn Lazzru politiku iħeġġiġhom biex jivvotaw lil Partit Nazzjonalista.
Dawn ir-residenti stagħġbu mhux ftit għax wara li l-PN offrielhom kandidatura fqira fuq id-distrett, issa jirċievu telefonata minn ħadd ħlief Louis Galea li tilef is-siġġu mill-istess distretti kważi għoxrin sena ilu.
Dan huwa n-nifs ġdid ta’ Alex Borg. Kandidatura fqira u dinosaur politiku bħal Louis Galea li ilu għoxrin sena li ġie mwarrab mill-elettorat iċempel lin-nies biex jivvotaw PN.
Affarijiet li ma jitwemmnux. Louis Galea jċempel lin-nies biex jivvotaw PN!

