Il-media bħalissa hija dominata minn rapporti li Alex Borg kiser l-istatut tal-PN issa li ċeda t-Tnax il-Distrett minflok t-Tlettax bi ksur tal-Istatut tal-Partit tiegħu stess.
Il-Partit Laburisra qed jisħaq li ma tistax tafda politiku li jikser l-Istatut tal-Partit tiegħu stess.
Iżda jista’ jagħti l-każ li dan mhux l-ewwel ksur tal-Istatut minn Alex Borg li kull ma jmur qed jieħu attegjament aktar dittatorjali u arroganti.
Kif kont staqsejt qabel l-elezzjoni nerġa nistaqsi.
Conrad Borg Manchè kien membru tal-Partit Nazzjonalista meta ġie approvat bħala kandidat?
Ftakru li dan kien u għadu Kunsillier Indipendenti fil-Kunsill Lokali tal-Gzira.
Mistoqsija oħra. Il-kandidatura ta’ Borg Manchè ġiet approvata mill-Eżekuttiv tal-PN, jew għamel kawlata Alex Borg waħdu?
Fil-PN hemm rabja kbira għal mod kif bniedem pinnur bħal Borg Manchè ġie mbuttat mill-Partit b’detriment għal Kandidati oħra li ilhom snin twal jirsistu u jimmilitaw fil-PN.

