Min ‘jikkundannani’ jew jattakkani nistmah fil-warrani. Qed jattakkaw ġurnalist li qed jagħmel xogħolu jesponi l-verità dwar persuni pubbliċi u li suġġetti li jkunu taħt skrutinju għal dak li jagħmlu u jgħidu.
Aħna ma nidħlux fil-kmamar tas-sodda tan-nies, iżda jekk l-kamra tas-sodda joħorġuha fuq platform biex jaraha kulħadd, għandi dritt nikkummenta.
Dawk li qed jattakkawni huma frustrati għax ma jistgħux igiddbuni. Ma jistgħux jgħidu li m’inix ngħid l-verità għalhekk jinfexxu f’attakki personali.
Jien m’attakkajt lil ħadd. L-arma tiegħi l-verità. Is-sewwa jirbaħ żgur.
Min qed jattakkani għax ma jistax igiddibni.
Li qed ngħid huwa l-verità u qabel nikteb inkun għamilt il-homework sew.
Is-sorsi tiegħi nżommhom dejjem kunfidenzjali.

