Fis-17 ta’ Ġunju li għadda, dan is-sit irrapporta kif l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħarġet avviż ta’ waqfien ta’ xogħlijiet biswit il-Ġgantija. Fuq razzett li kien qed jitwaqqa’ sabiex minfloku tinbena blokka ta’ appartamenti.

L-avviż inħareġ wara li beda t-twaqqigħ tar-razzett, u jipprojbixxi kwalunkwe xogħol ulterjuri fuq is-sit. Dakinhar argumentajna li sakemm ippubblikajna l-artiklu, l-isem tas-site technical officer ta’ dawn ix-xogħlijiet baqa’ mistur.
Staqsejna jistax ikun għaliex dan is-sinjur mhux xi Laburist.
Sfidajna wkoll jekk The Times, Malta Indipendent jew Salvu Balzan jilħqux joħorġu ismu qabilna.
Wara li Salvu Balzan waqa’ fil-muta, u wara ġimgħa nistennew, u għaliex dan is-sit ma ħalliex triq oħra, il-gazzetta Times of Malta żvelat kif Simon Mizzi, l-id il-leminija tal-Kap Alex Borg, huwa s-site technical officer ta’ dan il-proġett.

Ta’ min ifakkar ukoll li Simon Mizzi huwa l istess STO li kellu l-aċċident tar-Rabat Għawdex meta dakinhar kien ċeda it-tafal.
Alex22 – NIFS ĠDID RIĦA TA’ ĦARA

