F’kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba Miroslava Milenovic, li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy, l-Ispettur Joseph Mercieca, li xehed li kien intalab jeżamina t-talba ta’ Joseph Muscat u wasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm lok li jittieħdu passi kontra Milenovic, għax fi kliemu, “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati”.

Miroslava Milenovic
Inkredibbli iżda veru.
Ammissjoni skandaluża mill-Ispettur Joseph Mercieca, għax skontu “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati.”
Dan huwa l-istess Spettur li fis-26 ta’ Lulju 2023 kien ġie ppremjat waqt ċerimonja annwali tal-għoti tal-premijiet mill-Korp tal-Pulizija.
L-Ispettur Joseph Mercieca kien ġie ppremjat bil-Lifetime Achievement Award, b’għarfien għal aktar minn 25 sena ta’ esperjenza f’investigazzjonjijiet kriminali u għall-pariri li hu mfittex għalihom.
Prosit għalik Sur Mercieca! Imbagħad lanqas biss ndejnajt ruħek tagħmel kuntatt mal-Malta Qualifications Council biex tiġi vverifikata l-validità tal-kwalifiki li Milenovic tgħid li għandha.
Dik esperjenza wkoll!
Imbagħad jiġi ppremjat għall-pariri li hu mfittex għalihom.

