Il-Partit Nazzjonalista iniedi l-Album tat-Telfa

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Il-Partit Nazzjonalista iniedi l-Album tat-Telfa

Waqt li l-Partit Laburista xammar il-kmiem u qed jaħdem b’rizq il-poplu, il-Partit Nazzjonalista li sofra r-raba’ telfa konsekuttiva qed iniedi l-Album tat-Telfa. Dan tħabbar illum fuq NET TV.

 

Il-World Cup tiġi kull erba’ snin. Min inqala’ din id-darba jista’ jkollu ċans erba’ snin oħra. Imma rajtu xi team li jkun inqala’,  jiċċelebra jew jifraħ għax erba’ snin oħra jista’ jirbaħ?

 

https://netnews.com.mt/2026/07/12/ktieb-bl-isbah-ritratti-mill-kampanja-elettorali-tal-partit-nazzjonalista/

 

Għax l-P.N. hekk qed jagħmlu. Qed jifirħu għax tilfu, iżda ħames snin oħra terġa’ ssir elezzjoni.

 

Kif qal dalgħodu l-Prim Ministru, il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-istess sitwazzjoni ta’ żmien Simon Busuttil, u jekk iridu jaħsbu li rebħu, affarihom.

 

Simon Busuttil jitfarfar wara t-tkaxkira elettorali fl-2017

 

 

Ħbieb, dan mhux entużjażmu, iżda huma sintomi ta’ min ikun maqtugħ mir-realtà. Jitlef u jimmaġina li għandu biex jifraħ.

 

Dawn sintomi ta’ arroganza ta’ min ma jirrispettax ir-rieda tal-poplu. Il-poplu warrabhom, iżda huma jimmaġinaw li għandhom biex jifirħu.

 

 

 

Sadanittant, tkompli it-triq għal ħames rebħa Laburista. Alex Borg kompli mmaġinaw li għandek biex tifraħ.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *